Referenza: 5/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
MUSCAT GEORGE vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BENEFICCJU GHALL MARD
Fil-Qosor
Il-fatti ewlenin li johorgu mill-atti processwali juru li George Muscat kien beda jinghata l-beneficcju ghall-mard ghall-habta ta' Mejju wara li waqa' fi stat ta' ansjeta'. F'Ottubru, siefer minn Malta lejn l-Indja u dam hemm sa Dicembru. Wara li gie lura Malta sar jaf li d-Direttur appellant kienqataghha li, ghaz-zmien li huwa dam barra minn Malta, ma jawtorizzax il-hlas tal-beneficcju ladarbama ntbaghtux certifikati medici kif preskritt. Hamest ijiem wara li gie lura Malta, Muscat kitebittra lid-Direttur biex ifisser ic-cirkostanzi tal-mawra tieghu fl-Indja. Mal-ittra hemez ukoll certifikat mediku. F'Marzu, Muscat ressaq ghal quddiem l-Arbitru appell mid-decizjoni mehuda mid-Direttur. Matul is-smigh, inqala' episodju fejn l-Arbitru ordna l-hatra ta' bord mediku li jinkludi fih psikjatra biex jezamina lil Muscat. Ghal dan l-ordni, d-Direttur ressaq oggezzjoni. L-Arbitru ikkonferma l-ordni tieghu ghall-hatra ta' Bord Mediku. L-Arbitru ta' d-decizjoni tieghu finali u d-Diretturressaq appell minn dik id-decizjoni.

Il-konsiderazzjonijiet tal-Qorti dwar il-mertu tal-appell iridu jintrabtu mal-aggravji mressqin mid-Direttur appellant. Jidher li l-appellant ghadu jishaqfuq in-nuqqas ta' harsien tad-dispozizzjonijiet tal-ligi min-naha tal-Arbitru. L-oggezzjoni li kienressaq id-Dipartiment kontra l-ordni tal-Arbitru ghall-hatra ta' bord mediku turi fid-dieher id-differenza bejn il-pozizzjoni mehuda mid-Direttur u dik mehuda mill-Arbitru. Il-Qorti tinnota li din id-differenza ta' veduti tikkostitwixxi s-sinsla tal-appell prezenti.

Ghal appell minn decizjoni tal-Arbitru, mhuwiex mehtieg li l-parti li tappella - kemm jekk tkun il-beneficjarja kif ukoll jekk tkun id-Direttur - ssejjes l-appell taghha fuq punt ta' dritt jew principju ta' siwi. Dik il-kwalifika tapplika fil-kaz ta' appelli lill-Arbitru, imma mhux ukoll ta' appelli minn decizjonijiet tal-Arbitru ghal quddiem din il-Qorti. Ghalhekk, ghal dan ir-rigward, l-eccezzjoni tal-appellat ma tistax tintlaqa'.

L-appellant jghid li, biex wiehed iqis is-siwi tad-decizjoni li huwa kien ha,ma jghoddx x'kienet il-qaghda medika tal-beneficcjarju, daqskemm jghodd il-harsien min-naha tal-beneficjarju tal-procedura stabilita biex ma jitlifx il-jedd ghall-beneficcju. Dan l-argument jitlob lissir riferenza ghad-dispozizzjonijiet rilevanti tal-ligi. Il-kriterji li bihom persuna tista' titlob il-Beneficcju ghal Mard huma mfissrin b'dettal fl-artikolu 18 tal-Att. Il-hlas m'huwiex awtomatiku, u l-ligi trid li ssir (a) talba lid-Direttur mill-persuna li tippretendi l-jedd ghall-beneficcjuu kif ukoll (b) it-tressiq ta' dokumentazzjoni li sseddaq it-talba. Huwa mahsub ukoll kif isir il-hlas. Il-ligi ma tonqosx li tahseb x'ghandu jsir meta l-beneficcjarju jkun assenti minn Malta. Hijahaga minn ewl id-dinja li l-qaghda fizika u l-kundizzjoni ta' sahha tal-beneficjarju huma ta' siwiwkoll wara li jkun gie approvat il-hlas, u dan biex jigi stabilit jekk il-hlas ghandux jitkompla. Dan isir b'accertamenti minn zmien ghal zmien.

Kif sewwa josserva l-Arbitru fid-decizjoni appellata, il-fatt wahdu li beneficcjarju jkun barra minn Malta ghal xi zmien limitat ma jwassalx minnunnifsu ghat-telfien tal-jedd ghall-Beneficcju. Il-jedd jibqa' fis-sehh sakemm jitharsu r-rekwiziti specifici mfissrin mil-ligi. Fil-kaz partikolari, il-jedd ghall-beneficcju ma jintilifx jekk kemm-ildarba l-persuna tipprova ghas-sudisfazzjon tad-Direttur li n-nuqqas taghha minn Malta kien marbut mal-kura medika taghha dwar dik il-marda li taghha tinghata l-Beneficcju. Huwa naturali wkoll li l-procedura li trid tigi mharsa minn beneficjarju li jkun qieghed f'Malta m'hijiex l-istess bhal dik lighandha tigi segwita minn beneficjarju li jkun barra minn Malta. L-assenza tal-beneficjarju minn Malta ma tistax ma tkunx marbuta mal-kura medika dwar dik il-marda partikolari, jekk kemm-il darba l-beneficjarju ma jridx li jitlef il-jedd ghall-Beneficcju.

Hija l-fehma ta' din il-Qorti li d-decizjoni appellata m'hix milquta min nuqqasijiet ta' din l-ghamla u ghalhekk ma jezistux l-estremi biex dak li ddecieda l-Arbitru jithassar. Inqas u anqas ma tidher li hija milquta bin-nuqqasijiet lil-appellant jallega bhala aggravji tieghu f'dan l-appell.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad l-appell imressaq mid-Direttur ghas-Sigurta' Socjali mid-decizjoni tal-Arbitru u tikkonferma l-istessdecizjoni; filwaqt li tordna lill-appellant li jhallas l-ammont ta' Beneficcju ghal Mard mizmum ghaz-zmien kollu li l-appellat kien ‘il boghod minn Malta, flimkien mal-ispejjez ta' dan l-appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni