Reference: 21/2003

Judgement Details


Date
23/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs BORG COLE DR. SIEGFRIED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPROPRJAZZJONI INDEBITA, ELEMENT TA` DOLUS RIKJEST - APPROPRJAZZJONI INDEBITA, NON RESTITUZZJONI TA` FLUS - APPROPRJAZZJONI INDEBITA, RINUNZJA TAL-KWERELA
Summary
Din kienet kawza dwar imputazzoni ta' approprjazzjoni indebita. Brevement il-fatti kienu s-segwenti:certu Ron Gaglione u Pippo Abela ghamlu konvenju fuq xiri u bejgh ta' proprjeta` sitwata fl-Iklin.Peress li Abela kien f'xi diffikultajiet, id-depozitu li ghamel Gaglione flok ghaddieh lil Abela, hallieh f'idejn l-appellat. Nel frattemp, fuq struzzjonijiet ta' l-istess Gaglione, l-appellat ghaddaxi ammonti minn dan id-depozitu lill-imsemmi Abela. Meta Gaglione iddecieda li ma jixtrix il-proprjeta` u talab lura l-flus li kien ghadu qed izomm ghandu l-appellat, dan ma tahomlux lura mill-ewwel.

L-appellat ammetta li hu kien ghadu ma rritornax lura l-flus lil Gaglione u dan ghax minhabba l-pressjoni ta' xoghol li kellu, inkluz safar barra minn Malta, kien ghandu ma sabx il-hin li jaghmel il-konteggi biex jara x'kien dovut minn Gaglione lilu bhala drittijiet professjonali u b'hekk jghaddi l-bilanc tas-somma lill-imsemmi Gaglione. Wara li kienet giet presentata c-citazzjoni, izda qabel ma bdew jinstemghu il-provi, Gaglione u l-appellat irrangaw il-kwistjoni ta' bejniethom billi saru l-konteggi u l-appellat ghadda dak li kien dovut lil Gaglione.

Filwaqt li ma hemmx dubbjuli fil-kaz ta' flus li jkunu qed jinzammu minn xi hadd biex dawn eventwalment jigu ritornati lil sidhom, in-non-restituzzjoni taghhom tista' tammonta ghal approprjazzjoni indebita, fil-kaz in dizaminajonqos ghal kollox l-element formali tar-reat. F'dan il-kaz ma kienx hemm id-dolo rikjest mill-ligi, u cioe` l-intenzjoni ta' l-appellat li japproprja ruhhu billi jdawwar bi profitt ghalih jew ghal persuna ohra mill-flus li kien qed izomm a nom ta' terzi. L-appellat la kellu x'xjenza li qed jaghmelxi haga illegali semplicement ghax ittardja li jaghmel il-konteggi mehtiega, u anqas volontarjamentikkonverta ossia dawwar il-flus bl-iskop li jaghmel profitt minn dik il-konversjoni.

Gie wkoll rilevat li kwantu ghall-approprijazzjoni indebita aggravata - Artikoli 293 u 294 - galadarba hemmic-cirkostanza aggravanti kontemplata fl-Artikolu 294, u cioe` li l-flus kienu gew fdati lill-appellat minhabba l-professjoni tieghu, ir-rinunzja tal-kwerela, anke jekk fil-forma tacita ma twassalx ghall-estinzjoni ta' l-azzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info