Reference: 1254/2002

Judgement Details


Date
05/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
D'AMICO JOE ET vs D'AMICO DAVID ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI DECENNALI FIL-KAZ TA` AZZJONI LI TIRRIGWARDA GID LI GEJ MINN WIRT
Summary
L-Artikolu 845 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

(1) L-azzjoni biex jintalab wirt, jew legat jew legittima . tispicca bl-eghluq tal-haxar snin mill-ftuh tas-succesjoni.

Hu inudbitat li l-preskrizzjoni . fuq imsemmija hija fin-natura taghha akkwisittiva ghaliex minhabba dak iz-zmien il-possessur tal-eredita' jew tal-legat ikun akkwista d-dritt fuq l-eredita' jew fuq il-hewjjeg li jikkomponu l-legat u ghalhekk ikun jista jirrespingi d-dritt ta' min jigi l' quddiem li ghal dan id-disposizzjoni ghandha natura estintiva. Ghalhekk dan il-pussesur kellhu jipposjedi b' pussess tajjeb lijista' jippreskrivi u skond l-artiklu 2118 mhux tajjeb ghal dan il-fini il-pussess tal-uzufruttwarju ghaliex dan ikun qieghed jipposjedi mhux animo domini izda semplicement ghall fini li jgawdi l-haga, jiehu l-frutti waqt il-hajja tieghu izda n-nuda propieta' tibqa' ghand haddiehor. Infatti l-fondament ta' kull preskrizzjoni akkwizittiva huwa dak li tevita l-kontestatazzjonijiet peress illi kullmin ikun qed jipposjedi ikun mhux b' titolu prekarju kif inhu deskritt fl-artiklu imsemmi) izda titulo propietatis et domini, jibqa' jzomm din il-haga in bona sew in mala fede, pero dejjem bl-animu li qieghed jipposjedi titulo propietatis u ghalhekk qed jaghmel att ta' dominju. Jekk dak l-istat ta' affarijiet baqa' jsehh ghaz-zmien li trid il-ligi u l-veru proprjetarju ma' giex il-quddiem, allura tkun operat ruhha l-usucapione favur dak il-possessur. Dawk pero li jkun qeghdin jipposjedu prekarjament, bhall uzufrittwaji ikun evidenti li huma qeghdin izommu l-haga ghan-nom ta' haddiehor u ghall fini ta-dirtt prekarju taghhom; ghalhekk l-artiklu 2121

2121. (1) Hadd ma jista' jippreskrivi kontra t-titolu tieghu nnifsu fis-sens li hadd ma jista' jbiddel ghalih innifsu r-raguni li ghaliha jkun izomm il-haga.

(2) Izda, wiehed jista' jippreskrivi kontra t-titolu tieghu nnifsu,fis-sens illi jista' bil-preskrizzjoni jakkwista l-helsien mill-obbligazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info