Referenza: 1367/98 /L2

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/06/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
BUGEJA SALVINA vs AZZOPARDI PAOLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, ESKLUZJONI TAL-ISTITUT TA` RESTITUTIO IN INTEGRUM - RITRATTAZZJONI, L-UNIKU MOD LI BIH JISTA` JIGI DISTURBAT GUDIKAT - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAL-AVVIZ TAR-RIAPPUNTAMENT - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAL-AVVIZ TAS-SMIEGH
Fil-Qosor
Il-ligi procedurali kienet tistabbilixxi tassattivament ir-rimedji tal-appell u tar-ritrattazzjoni biex jitwaqqghu sentenzi. Dan biex tigi accertata c-certezza tal-gudikati. Ma kienx konsentit ghall-partijiet li allura jadoperaw rimedji ohra oltre dawk dettati mil-ligi.

L-uniku rimedju straordinarju kontemplat fil-ligi tal-procedura ghar-revizjoni ta' sentenzi li ghaddew in gudikat huwal-istitut tar-ritrattazzjoni.

Il-legislatur jaghti lil kull interessat f'dik is-sentenza l-mezzi biex iwaqqghuha bhala nulla, u jekk huwa ma juzax dawk ir-rimedji ma ghandux ghal fejn jilmentamill-inflessibilita' tal-principju ta' l-irrevokabilita' tal-gudikat.

L-introduzzjoni tar-rimedju tar-ritrattazzjoni eskludiet id-disponibilita' tar-rimedju tar-restitutio in integrum.

Is-sub inciz (b) tal-artikolu 811 tal-Kodici tal-Organizazzjoni u Procedura Civili jipprovdi rimedjughal smiegh mill-gdid tal-kawza fil-kaz fejn "ic-citazzjoni ma tkunx innotifikata lill-parti telliefa basta li dik il-parti ghad li ma tkunx giet notifikata ma tkunx dehret fis-smiegh tal-kawza". Il-kliem "ic-citazzjoni ma tkunx giet notifikata" ghandu jikkomprendi necessarjament ukoll in-notifikatal-avviz ghas-smiegh jew in-notifika tal-avviz tar-riappuntament tas-smiegh tal-kawza ghaliex ma kienx hemm dubbju illi dan is-sub inciz kien intiz biex jassigura l-prezenza tal-partijiet fil-kawzau li l-assenza taghhom tkun wahda voluta jew evitabbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni