Reference: 778/2001/1

Judgement Details


Date
15/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BONELLO DUPUIS ETIENNE NOE vs GRIXTI ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, ASSOCJAZZJONI TAL-LIBELLAT MA` ATTIVITAJIET KRIMINALI - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI
Summary
F'materja ta' responsabilita` civili taht il-ligi tal-Istampa, r-rikostruzzjoni storika tal-fatti, il-valutazzjoni tal-kontenut taghhom, l-accertament tal-attribuzzjoni offensiva tal-espressjonijiet ufrazijiet uzati fl-istampat, il-valutazzjoni tad-dritt tal-kritika, anke harxa u skomda, purke ma titraxxandiex f'attakki personali, jikkostitwixxu accertament ta' fatt u ghalhekk apprezzament u valutazzjoni rizervat lil min hu msejjah biex jiggudika, insindakabbli in sede appell, jekk mhux ghal motivi gravi jew meta jinstab li dan l-istess apprezzament ma huwiex ghal kollox hieles minn vizzji logici. Biex allura l-aggravji interposti jkunu jistghu jigu akkolti l-appellant irid jirnexxielu jikkonvinci lil din il-Qorti ta' revizjoni illi jezistu ragunijiet sodi u serji biex din il-Qorti twarrab fil-genb l-apprezzament hekk maghmul mill-qorti ta' l-ewwel grad u tissostitwieh b'dik taghha.

Id-divulgazzjoni ta' fatti allegatament lezivi tar-reputazzjoni tal-persuna li thossha diffamata tista' titqies ezercizzju lecitu tad-dritt ta' ripurtagg jew espressjoni ta' opinjoni jekk, u apparti l-korrettezza tal-esposizzjoni, tissodisfa l-kondizzjoni tal-verita` oggettiva tal-fatti esposti. Dan, s'intendi dejjem, jekk dawn l-istess fatti jkunu r-rizultat ta' ricerka serja u diligenti.

Fejn jigi stabbilit illi l-fatt attribwit kien inkomplet jew addirittura inveritier dan jaghtilok ghal lezjoni tar-reputazzjoni personali. Una volta, imbaghad, tigi provata l-lezjoni, d-dannujitqies "in re ipsa".

L-eccezzjoni tal-"fair comment" li ghandha jkollha bhala bazi fatti veri fil-kompletezza taghhom, ma tistghax lanqas biss tigi kontemplata.

Ghall-kuntrarju fejn il-fatti jkunu sostanzjalment veri eccezzjoni konsimili hi konsentita.

Issa hu minnu dak ritenutilli l-kritika timmira biex wiehed iforni gudizzju u l-valutazzjoni personali tieghu. Dan in omaggghall-manifestazzjoni hielsa tal-hsieb, kostituzzjonalment garantita.

Jibqa' l-fatt pero` illi biex ma titqiesx vjetata, u anzi tkun accettata jew accettabbli, din l-istess kritika trid tkunbazata fuq fatti li essenzjalment iridu jikkorrispondu ghall-verita`.

Il-gurisprudenza ewropeja ma abbandunatx il-massima sagramentali li l-fatti huma sagri u l-kummenti huma veri. Jekk xejn illustrathom sal-punt illi tezigi biss illi l-fatti jkunu sostanzjalment veri filwaqt li estendiet ughadha qed testendi l-parametri tal-limiti tal-kumment specjalment fil-konfront ta' persuni fil-hajja pubblika u fuq materji ta' interess pubbliku anke lil hinn sewwa minn dak li kien qabel accettat bhala legittimu.

Il-principju illi l-liberta` tal-istampa ma timplikax licenzja ghall-ingurjab'addebiti ta' fatti foloz intizi biex ihammgu l-fama u l-integrita` ta' haddiehor u pubblikati minghajr l-icken sforz ta' verifika.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info