Referenza: 1615/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
BALZAN EMANUEL vs BALZAN JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SOCJETA` KUMMERCJALI, XOLJIMENT MINHABBA SOSPENSJONI TAN-NEGOZJU GHAL PERIJODU BLA WAQFIEN TA ERBGHA U GHOXRIN XAHAR
Fil-Qosor
Din kienet sentenza dwar sospensjoni jew waqfien min-negozju ai termini tal-Artikolu 214(2)(a)(i) ta' l-Att dwar il-Kumpanniji, liema Artikolu ittiehed mill-Insolvency Act 1986 (Section 12(1)(d)) Ingliza.

Il-poter tal-Qorti li xxolji l-kumpannija huwa wiehed diskrezzjonarju u l-fatt li tigi stabilita sospensjoni jew waqfien ma jfissirx li ghandu jkun hemm xoljiment awtomatikament.

Jista' jkun hemm cirkostanzi li jiggustifikaw il-kontinwazzjoni tal-kumpannija. Fejn in-negozju jkun gie semplicement sospiz il-Qorti trid tkun soddisfatta li hemm abbandun jew inabilita` li dan jitkompla. Il-Qorti, fl-accertar ta' tali intenzjoni ghandha tiehu kont tal-opinjoni u x-xewqat tal-maggoranza tal-azzjonisti. Il-fatt li jigi abbaundant wiehed mill-"objects" tal-kumpannija mhux bizzejjed.

Il-Qorti ghandha diskrezzjoni ampja sabiex tevalwa bir-reqqa c-cirkostanzi u l-fatti li jingabu quddiemha sabiex tiddeciedi jekk kienx hemm sospensjoni jew waqfien tan-negozju u jekk tali sospensjoni timmeritax li l-kumpanija tigi likwidata. Anki jekk jigi ppruvat li kien hemm sospensjoni jew waqfien il-qorti xorta wahda tista' tidddeciedi li ma tordnax l-istralc u dana peress li l-ligi tal-kumpaniji fejn jidhlu private companies thalliha f'idejn l-azzjonisti li jirregolaw it-tmexxija tal-kumpanija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni