Reference: 114/2003

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs BORG MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, DISOKKUPAZZJONI - MANTENIMENT, PROCEDURI KRIMINALI GHAL NUQQAS TA` HLAS TA`
Summary
Il-fatt li persuna tisfa' bla xoghol ma jiskuzahiex mill-obbligu taghha li twettaq id-Digriet tal-Qorti Civili, obbligu sancit bir-reat ta' natura kontravenzjonali li tahtu hu akkuzat l-appellant.Ir-rimedju li ghandu w li kellu l-appellant kien li jadixxi tempestivament u fi zmien utili lill-Qorti Civili kompetenti biex din, wara li tiehu konjizzjoni tal-provi, tipprovdi billi se mai timmodifika l-ordni dwar il-manteniment. Hu biss wara li jottjeni tali modifika, li jkun jista' jhallas inqas jekk ikun il-kaz. Sakemm dan isir, jibqa' marbut bl-obbligu tal-hlas skond l-ewwel Digriet.

Fi kliem iehor sakemm ikun ghadu vigenti digriet tas-Sekond' Awla jew Digriet jew sentenza tal-Prim'Awla jew tal-Qorti tal-Appell, li jordna l-hlas ta' manteniment, il-Qorti ma tistax hlief issib u tikkonfermha htija, fejn l-appellant ikun naqas li jottempera ruhu ma tali digriet jew sentenza,tkun xi tkun ir-raguni, jew pretest biex jaghmel dan. Altrimenti, il-Qorti ta' l-Appell Kriminalitispicca tirriduci ruha f'wahda ta' revizjoni dwar l-effikacja u r-ragonevolezza ta' Digrieti jewsentenzi tal-Prim' Awla u tal-Qorti tal-Appell u Digrieti tas-Sekond' Awla, mansjoni li zgur li mataqax taht il-kompetenza taghha.

L-aggravju tal-appellant li ma setax jottempera ruhu mall-ordni tal-Qorti li ikkundannatu jhallas manteniment ghax hu kien inkarcerat ripetutament huwa assolutament infondat. Dan ghaliex meta ntbaghat il-habs, dan kien ghaliex proprju kien naqas li jobdi l-ordni tal-Qorti w jhallas il-manteniment ghal xhur precedenti w ghalhekk zgur li ma jistax jadduci bhala raguni ghall-ksur tal-ligi, il-konsegwenzi ta' ksur tal-ligi precedenti da parti tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info