Reference: 2429/1999/1

Judgement Details


Date
27/11/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BRIFFA MARTHESE vs ATTARD VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - KONJUGI TAL-KONVENUT - ECCEZZJONIJIET, INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, BAZI TAL-ECCEZZJONI - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, PROCEDURI GUDIZZJARJI LI JKUNU JISTGHU JEFFETTWAW IL-KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI
Summary
L-eccezzjoni tan-nuqqas ta' integrita' ta' gudizzju meta tkun imsejsa fuq l-applikazzjoni tal-artikolu 1322 tal-Kap 16 (amministrazzjoni tal-komunjoni ta` l-akkwisti), tkun qeghda titlob determinazzjoni li hija ta'ordni pubbliku. Ghalhekk, ladarba din l-eccezzjoni titqanqal mill-parti mharrka, il-Qorti ma tistax tinjoraha jew tonqos li tqisha, ukoll jekk, aktar 'il quddiem, il-parti mharrka ma tibqax tinsisti izjed fuqha;

In-natura tal-eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita' tal-gudizzju hija mibnija fuq tliet (3) konsiderazzjonijiet ewlenin, jigifieri (i) fuq il-htiega li f'kawza jiehdusehem dawk kollha li huma interessati fil-kwestjoni, (ii) li jigi assikurat li l-gudizzju jkun wiehed effikaci, u (iii) li jithares kemm jista' jkun il-principju tal-ekonomija tal-gudizzju. B'dan il-mod, li l-gudizzju jkun wiehed shih ghandu jinteressa aktar lill-parti attrici milli lill-parti mharrka. Lanqas ma jidher li l-eccezzjoni hija bazata fuq xi ezigenza formali, preciza li tindika nuqqasinsanabbli

Is-siwi tal-eccezzjoni tan-nuqqas ta' integrita' tal-gudizzju jrid tabilfors jitqies fil-qafas tan-natura tal-azzjoni li fiha titqajjem dik l-eccezzjoni. Fil-kaz prezenti, l-azzjoni kienet wahda ta' spoll li, kif inghad bosta drabi, hija wahda ta' ghamla u karatteristika partikolari msejsa fuq binarji ta'ordni pubbliku u t-tqeghid mill-aktar fis tal-partijiet fl-istat li kienuqabel ma sar l-ghamil li jkun allegatament naqqas jew xejjen il-pussess fil-parti attrici;

Minhabba f'hekk, gie ghadd ta' drabi mtenni, kemm mill-kittieba u kif ukoll fid-decizjonijiet tal-Qrati, li l-azzjoni tal-ispoll titnissel ex delictu fuq fatt illecitu u mhux ex contractu, u huwa azzjonabbli personalment kull min jiehu sehem fl-ghamil spoljativ. Dan ifisser li ma hemmx regola predeterminata li s-siwi tal-azzjoni jiddependi minn xi kwalita' partikolari fil-parti mharrka, daqskemm fuq il-fatt (jekk pruvat) tas-sehem taghha fl-ghamil spoljattiv ilmentat. B'zieda ma' dan jinghad ukoll li l-ghemejjel jew atti ta' amministrazzjoni straordinarja msemmija fl-artikolu 1322 tal-KodiciCivili huma lista ezawrjenti u ma jistghux jizdiedu jew jiggebdu b'analogija ghaliex huma mahsuba ghal ghan specifiku (jigifieri dak tal-harsien u l-integrita' tal-komunjoni tal-akkwisti) u huma ta' natura eccezzjonali ghar-regola li kull persuna kapaci ghandha l-jedd li tmexxi hi hwejjigha minghajrindhil. Ghamil li jcahhad il-pussess, ukoll jekk jikkonsisti f'xoghol li jsir f'gid immobbli, ma jaqa' taht l-ebda wahda mit-tlettax-il (13) cirkostanza mahsuba bhala att ta' amministrazzjoni straordinarja elenkati fl-artikolu 1322(3) tal-Kodici;

Il-Qorti irriteniet li ghall-finijiet ta' actio spolii m'ghandu x'jaqsam xejn jekk l-imharrek inzerta wkoll li huwa persuna mizzewga, ghaliex l-effett ta' ezitu 'l hawn jew 'l hinn tal-azzjoni mibdija kontrih ma tolqot bl-ebda mod l-integrita'tal-komunjoni tal-akkwisti li tezisti bejnu u bejn martu. Dak li timmira li tikseb l-azzjoni pussessorja ta' spoll hija biss l-integrita' tal-pussess fl-istat li kien qabel ma jsehh l-ghamil spoljattiv;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info