Reference: 12/2001

Judgement Details


Date
04/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID, MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs MOHAMED MOHAMED ABUSETTA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
L-artikolu 29 tal-Kap 101 jipprovdi testwalment:

"Meta dwar persuna misjuba hatja ta' reat kontra din l-Ordinanza, il-prosekuzzjoni tiddikjara fil-process li dik il-persuna tkun ghenet lill-Pulizija biex taqbad lill-persuna jew lill-persuni li jkunu pprovdewlha l-medicina, jew il-persuna misjuba hatja kif intqal qabel tipprova ghas-sodisfazzjon tal-Qorti li tkun hekk ghenet lill-Pulizija, il-piena titnaqqas .."

Jirrizulta mill-atti ta' l-istruttorja li fil-fatt l-appellant identifika l-persuna li qabbditu biex imur il-Marokk ghad-droga. Izda kif jidher car mill-artikolu 29 citat,it-tnaqqis fil-piena jsir meta l-hati jkun ghen "lill-Pulizija biex taqbad lill-persuna jew lill-persuni li jkunu pprovdewlha l-medicini". F'dan il-kaz il-medicina perikoluza ma gietx ipprovduta ("supplied", fit-test Ingliz) lill-appellant mill-persuna indikata minnu fix-xiehda tieghu li kienet toqghod ir-Rabat ta' Malta. U kwantu ghall-persuna li pprovdietlu d-droga fil-Marokk, m'hemm l-ebda prova li dan "inqabad". Ghalhekk kellha ragun l-ewwel Qorti meta qalet li "f'dan il-kaz ma hemmx l-estremi ghall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 29 tal-Kap 101". Nonostante dan hija xorta wahda hadet in konsiderazzjoni l-fatt li l-appellant ikkoopera mal-Pulizija.


Ir-raza tal-cannabis, mhijiexfl-istess klassi ta' drogi ohrajn bhalma huma l-eroina u l-kokaina ghalkemm il-ligi ma taghmilx distinzjoni. Izda peress li mhijiex perikoluza daqs ohrajn, dan ghandu jittiehed bhala cirkostanza li ghandha tigi kkunsidrata meta l-Qorti tigi biex tistabilixxi l-piena.

Din il-Qorti taqbel li l-ligi ma taghmilx distinzjoni bejn medicina perikoluza u ohra u li l-margini ta' piena hi l-istess ghall-medicini perikoluzi kollha. Ghall-finijiet ta' piena huwa maghruf ukoll li l-Qrati taghna jaghtu konsiderazzjoni ghal aspetti bhalma huma l-kwantita' involuta u l-purezza tad-droga in kwistjoni.Kuntrarjament ghal dak li sostniet id-difiza pero`, galadarba l-cannabis huwa trattat mil-ligi bl-istess mod bhall-medicini perikoluzi l-ohra, ma jistax jinghad li mhijiex fl-istess klassi ta' drogi ohrajn. Taht is-sistema legali taghna, klassi wahda ta' medicini perikoluzi tezisti fil-Kap 101. U jekk id-difiza ghandha xi dubju dwar il-perikolozita` o meno tal-cannabis, bizzejjed issir riferenzaghal studji u rapporti innumerevoli li jikkonfermaw il-problemi fizici, mentali, psikologici, mediciu socjali assocjati ma' l-uzu tal-cannabis u li jwasslu lil din il-Qorti tirrespingi l-aspettattiva tad-difiza li l-Qorti ddahhal kuncett iehor fil-konsiderazzjonijiet dwar il-piena, dak ta' distinzjoni bejn gradi ta' perikolozita` bejn sustanza u ohra.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info