Reference: 335/1993/1

Judgement Details


Date
28/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
VELLA MICHAEL vs CAMILLERI ANDREW
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, MINN META TIBDA TIDDEKORRI L-PRESKRIZZJONI - RELAZZJONI BEJN APPALTATUR U SUB-APPALTATUR - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - RELAZZJONI BEJN APPALTATUR U SUB-APPALTATUR
Summary
Din kienet kawza ghad-danni istitwita minn appaltatur fil-konfront tas-sub-appaltatur tieghu ghal danni li l-appaltatur kien a sua volta kkundannat li jhallas lill-appaltant fi proceduri ohra.

Is-sub-appaltatur qajjem eccezzjoni tal-preskrizzjoni ai termini ta' l-artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili peress illi mid-data li kienu sehhew il-hsarat kienu ghaddew aktar minn hames snin.

L-appaltatur attur argumenta li l-preskrizzjoni setghet biss tghaddi wara l-kundanna tieghu li jhallasid-danni u mhux qabel.

Il-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-prim' istanza li laqghet l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni.

Il-Qorti irriteniet li fil-kawza ghad-danni istitwita kontrih mill-appaltant, l-appaltatur, attur f'din il-kawza, kien espost ghall-eventwalita`, kif fil-fatt, li jkun obbligat jhallas id-danni. Kien ghalhekk jinkombi fuqu l-obbligu li jippriserva d-drittijiet tieghu fil-konfront tas-sub-appaltatur, il-konvenut odjern u dan bil-mezzi li taghtih il-ligi.

In oltre l-Qorti irriteniet li ghalkemm huwa minnu li proceduri gudizzjarji jiksru l-preskrizzjoni u ma jhallux li dina timxi, ma setax jinghad li l-attur f'din il-kawza seta' jibbenefika mill-interruzzjoni tal-preskrizzjoni rizultanti mill-proceduri istitwiti mill-appaltant fil-konfronti tieghu u tas-sub-appaltatur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info