Reference: 343/1986/1

Judgement Details


Date
28/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
DEBONO WILLIAM NOE vs COPPINI SAVIOUR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONKORRENZA SLEALI, TIXRID TA` NOTIZJI LI JAGHMLU HSARA GHALL-INDUSTRJA JEW KUMMERC TA` KUMMERCJANTI OHRA - MANDAT, RESPONSABILITA` TAL-MANDANT
Summary
Dejjem gie ritenut li sabiex kummercjant jinzamm responsabbli ta' konkorrenza zleali taht l-Artikolu34(1) tal-Kodici tal-Kummerc in-notizzji, veri jew foloz, li huwa jxandar u li jistghu jaghmlu hsara ghall-industrja jew kummerc ta' kummercjanti ohra iridu jkunu tali li jiddenigraw l-"prodott" li qed jigi spaccjat minn dak in-negozjant. Ma jistax jkun hemm konkorrenza zleali meta hemm l-identita`tal-prodott u di piu meta l-prodott offrut ikollu l-istess sors.

Il-kazi ta' konkorrenza sleali huma mil-ligi taghna kontemplati tassativament. Ghalhekk mhux permess li parti tipprova tibbazat-talbiet taghha taht l-kuncett tal-"limiti tal-konkorrenza" kemm-il darba c-cirkostanzi ma jinkwadrawx b'mod rigoruz ma dak li huwa espressament provdut mil-ligi u l-Qorti ma ghandha ebda diskrezzjoni fir-rigward.

Issa l-Artikolu 49 tal-Kodici Civili jiddisponi li "Fin-nuqqas ta' patt, ta'ligi jew ta' uzu kuntrarju, ir-rapprezentanza kummercjali hija regolata mid-disposizzjonijiet tat-Titolu XVIII tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-Kodici Civili sa fejn jistghu jghoddu, barra mid-disposizzjoni ta' l-artikolu 1861." Fi ftit kliem rapprezentanza kummercjali hija regolata bid-disposizzjonijiet dwar l-istitut tal-mandat.

L-Artikolu 1864 tal-Kap 16 jipprovdi li "Il-mandatarju ma jista' jaghmel xejn li johrog mil-limiti tal-mandat" u l-mandant mhux obbligat ghal dak li l-mandatarju jaghmel barra mil-limiti tas-setgha li jkun inghata hlief "jekk hu (il-mandant) ikun irratifika espressament jew tacitament dak l-eghmil." (Art. 1880(2)).

L-Artikolu 1874(1) tal-KodiciCivili jiddisponi li "Il-mandatarju jwiegeb mhux biss ghall-eghmil doluz, izda wkoll ghal negligenzafl-ezekuzzjoni tal-mandat."

L-Artikolu 1037 tal-Kodici Civili jistabilixxi li "Kull min ghal xi xoghol jew servizz iehor iqabbad persuna mhux ta' hila, jew illi hu ma jkollux raguni jahseb lihija ta' hila, hu obbligat ghall-hsara illi dik il-persuna, minhabba n-nuqqas ta' hila taghha, tikkaguna lil haddiehor fl-esekuzzjoni tax-xoghol jew servizz hawn fuq imsemmi." Dan ghaliex sabiex ikun hemm dik li tissejjah "vicarious liability" irid jirrizulta li l-principal kien 'konsapevoli' tan-nuqqasijiet tal-impjegat tieghu - fl-assenza ta' din il-prova ghandu japplika l-principju enuncjat fl-Artikolu 1031 tal-Kodici Civili li "kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info