Referenza: 679/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/11/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
PORTELLI SAVIOUR SIVE ALDO vs PORTELLI FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPROPRJETA`, TIBDIL MAGHMUL MINN WIEHED MILL-KOMPROPRJETARJI
Fil-Qosor
L-Artikolu 493 tal-Kodici Civili jipprovdi :-

493. "Ebda komproprjetarju ma jista' jaghmel tibdil fil-haga in komun minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra, lanqas jekk jidhirlu hu ta' gid ghal kulhadd.

Ezami ta' dan l-Artikolu jindika zewg kuncetti fundamentali. Komproprietarjuma jistax, minghajr il-kunsens tal-komproprietarji l-ohra, ibiddel il-haga in komun anke fejn isostni li dan it-tibdil huwa ta' beneficcju ghal kulhadd, basta li, bl-ghemil tieghu, l-oggett in komunijkun qieghed jinbidel. Il-kelma tibdil fis-sens grammatika taghha tfisser li jkun sar kambjament fl-oggett in kwistjoni b'dan illi m'ghadux jikkonsisti fil-forma originali tieghu. Xoghlijiet ta' dekorazzjoni jew xoghlijiet superficjali ohra anke fit-tifsira originali ta' din il-kelma ma jbiddlux in-natura ta' l-oggett u ghalhekk ma humiex kolpiti bis-sanzjoni ta' l-Artikolu fuq citat. Dan huwa wkoll guridikament logiku peress illi l-iskop ta' dan l-Artikolu huwa li jipprotegu lill-komproprjetarji li ma ghandhomx il-pussess ta' l-oggett in kwistjoni milli arbitrarjament isir it-tibdil f'dak l-oggett mill-komproprjetarji li jkollhom il-pussess, liema tibdil jista' serjament jaffettwa n-naturata' l-oggett/fond in kwistjoni.

Madanakollu hemm gurisprudenza li ssostni li hemm bzonn li jinghata l-kunsens mill-komproprjetarji kollha minghajr distinzjoni ghat-tip ta' xoghol.

Il-Qorti hawnhekk ghazlet li ssegwi l-gurisprudenza li tippermetti xogholijiet ta' natura ordinarja u li ma biddlux in-natura tal-oggett minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji kollha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni