Reference: 966/2001/1

Judgement Details


Date
24/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEGIOVANNI ANTHONY ET NOE vs LOMBARDO MARK ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, LIKWIDAZZJONI TA` DANNI - LIBELL, MALAFAMA - LIBELL, STATEMENT OF FACT - LIBELL, TALBA GHAL RETTIFIKA
Summary
Jixraq fl-ewwel lok illi jigi sottolinejat illi f'kazijiet ta' libelli, l-bixra ta' hsieb ta' dawn l-ahhar snin, fuq l-istregwa ta' decizjonijiet tal-Qorti Ewropeja, kienet artikolata fis-sens illi fl-analizi tal-fatti u l-gudizzju dwarhom kellu jinzamm bilanc bejn l-interessi tal-persuna, fis-sensl-aktar ampju tal-kelma, li jipprotegi r-reputazzjoni u l-integrita` tieghu, u l-interess pubbliku li jkun informat fuq materji li legittimament jolqtu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar materji li jikkoncernaw l-opinjoni pubblika.

Kif ritenut drabi ohra l-gurisprudenza in materja zviluppat ulterjorment l-aktar favur il-liberta` tal-istampa bhala manifestazzjoni tad-dritt fondamentali tal-espressjoni u bhala ghodda mehtiega fl-izvilupp demokratiku ta' pajjiz. Naturalment kien u ghaduprincipju tad-dritt illi l-malafama voluta permezz ta' addebiti ta' fatti foloz mahsuba biex inaqqsu l-gieh u l-fama tal-persuna illi lejha tkun diretta baqghet censurabbli u punibbli fil-ligi. Gewpero` mwessa' notevolment il-limiti li fihom kienu arginati l-kummenti fuq fatti addebitati lill-figuri pubblici liema fosthom il-politici. Fil-konfront taghhom hafna issa hu aktar tollerat minn qabel in omagg tal-principju illi d-dibattitu pubbliku fuq materji ta' interess kellu jinghata spazju mill-aktar wiesa' anke jekk a skapitu ta' inkonvenjenzi anki gravi lill-persuni pubblici nvoluti b'konsegwenza ta' kritika harxa, wkoll kultant ingusta.

Kittieb ma jistax jissuggerixxi jew jivvinta fatti, jadotta bhala veritjeri stqarrijiet ta' fatt inveritjeri maghmula minn terzi, u mbaghad jikkumenta dwarhom fuq l-assunzjoni li huma veri. Jekk il-fatti li fuqhom isir kumment ma jezistux id-difiza ta' "fair comment" m'ghandiex tirnexxi.

Huwa indubitat illi l-accertament tal-fatti, l-apprezzament u l-valutazzjoni dwarhom, huma rizervati lill-gudikant. U allura, bhal f'kull kaz iehor il-Qorti ta' revizjoni normalment ma tindahalx jekk issib li l-apprezzament huwa ezenti minn vizzji logici.

F'materja ta' responsabilita` civili ghad-diffusjoni ta' nformazzjoni bil-mezz stampat, wiehed irid izomm dejjem in mira fl-analizi tal-kaz partikolari dawn l-aspetti:-

i. ir-rikostruzzjoni oggettiva tal-fatti;
ii. il-valutazzjoni tal-kontenut tal-kitba;
iii. id-dritt tal-kritika li kif minn dejjem gie awspikat ghandha tkun espressa fir-rispett tar-rekwizit ta' certa kontinenza u, ghaldaqstant, f'termini korretti u mizurati b'mod li ma titraxxendiex f'attakki personali virulenti.

Dan ifisser illi ghall-iskop tal-iskriminanti huwa necessarju li l-istampatikun jikkontjeni mhux biss il-verita` oggettiva tal-fatti izda wkoll il-korrettezza formali tal-esposizzjoni taghhom. Huwa impellenti ghalhekk illi qabel il-pubblikazzjoni l-fonti tal-istess fatti tigi diligentament valjata ghall-fini tal-attendibilita` taghhom.

Il-fuq specifikati presupposti, tista' tghid, huma konkordament ricevuti fil-gurisdizzjonijiet normalment segwiti mit-tribunalitaghna.

F'dik Ingliza jinghad illi sabiex jirnexxi f'difiza ta' fair comment il-kliem inkriminati jridu jintwerew bhala (i) kumment, (ii) kumment xieraq (fair comment), (iii) kumment xieraq (fair comment) fuq materja ta' interess pubbliku.

Wiehed ghandu jzomm quddiem ghajnejh illi fejnl-informazzjoni tipprezenta profil indiskutibbli ta' interess pubbliku din tipprevali fuq konsiderazzjonijiet soggettivi tal-parti kritikata. Dan komplimentari mal-gustifikazzjoni tal-ezercizzju tad-dritt ta' kronika. Filwaqt li dan hu hekk rikonoxxut u moghti harsien, ciononostante jibqa' dejjemjimpera l-principju "illi l-liberta` tal-istampa ma timplikax licenzja ghall-ingurji b'addebiti ta'fatti foloz intizi biex ihammgu l-fama u l-integrita` ta' haddiehor u ppubblikati minghajr l-ickensforz ta' verifika".

Ir-rimedju tat-talba ghal rettifika illi l-ligi wkoll tipprevedi, ma kien bl-ebda mod jissostitwixxi jew jaghmel tajjeb ghad-dritt li persuna malafamata kellha ghar-rizarciment tad-danni. Dan ghaliex pajjiz demokratiku kien jixraqlu illi jkollu stampa hielsa imma stamparesponsabbli li kienet obbligata wkoll, illi entro l-limiti stabbiliti, topera fir-rispett xieraq tal-persuni li jattiraw l-attenzjoni taghha bhala oggett ta' kritika jew kumment.

F'kawzi ta' libell id-danni ghandhom jigu mizurati skond it-test tar-ragjonevolezza dipendenti fuq ic-cirkostanzi kollha tal-kaz konkret.

Ghandu jinzamm sens ta' proporzjon in materja tal-likwidazzjoni tad-danni. L-azzjoni ta' libell, biex tkun verament effikaci u gusta, ghandha tigi adoperata b'gudizzju u cirkospezzjoni, tenut kont ta' l-ingurja, il-gravita` taghha, lejn min tkun diretta u lil min tkun mahsuba tilhaq u x'danni konsegwenzjali diretti jew indiretti tista' tiggenera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info