Reference: 2434/1997/1

Judgement Details


Date
30/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
ZAMMIT AUTOMOBILES LIMITED vs BEZZINA CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DEKADENZA TA` SENTEJN GHALL-EZERCIZZJU TAL-AZZJONI TAHT L-ART. 1390 - BEJGH, DIFETT MOHBI RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, DISTINZJONI BEJN DIFETT U KWALITA` - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA TISTA` TITQAJJEM PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT DIFETTUZ - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT MIBJUGH - BEJGH, RIMEDJU REDIBITORJU MHIX DISPONIBBLI PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, TERMINU TA` DEKADENZA GHALL-AZZJONI FUQ IL-BAZI TAL-BEJGH TA` OGGETT MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - BEJGH, XERREJ MA JISTAX JZOMM L-OGGETTI IN VENDITA U MA JHALLASX IL-PREZZ
Summary
L-azzjoni skond l-artikolu 1407(1) tintilef gheluq sentejn minn dakinhar tal-kuntratt u dan il-perjodu huwa wiehed ta' dekadenza. Fil-kaz li tinghata eccezzjoni dwar nuqqas ta' kwalita' pattwita dinatrid tigi proposta fi zmien sentejn mill-konsenja ta' l-oggett mibjugh. Il-kompratur ma jistax jaghti l-eccezzjoni meta jkun spicca z-zmien li seta' jaghmel l-azzjoni.

L-artikolu 1424, l-actioredibitorja jew aestimatorja, jipprovdi li l-bejjiegh hu obbligat jaghmel tajjeb ghal difetti li majidhrux tal-haga mibjugha illi jaghmluha mhux tajba ghall-uzu li ghalih hija mahsuba jew li jnaqqsudaqshekk il-valur taghha illi x-xerrej ma kienx jixtriha jew kien joffri prezz izghar li kieku kienjaf bihom.

Dan l-artikolu jippresupponi illi l-kompratur ikun accetta l-oggett lilu konsenjat ghaliex kien jifhem li dan kien skond l-ordni u tal-kwalita' pattwita. Sitwazzjoni din ghal kollox diversa minn dik kontemplata fl-artikolu 1390 fejn allura l-kompratur ikun ghadu ma ghamilx l-att ta' volonta' li bih ikun accetta l-oggett lilu konsenjat.

Meta l-haga kunsinnata mill-bejjiegh tkun afflitta min xi vizzju okkult, ir-rimedji tal-bejjiegh ikunu dawk previsti minn dan l-artikolu u cioe' jew l-azzjoni redibitorja jew l-azzjoni kwantu minoris. Il-ligi tipprovdi li x-xerrej jista' jaghzel billi jigi 'l quddiem bl-azzjoni redibitorja li jaghti lura l-haga u jitlob ir-radd tal-prezz inkella billi jigi 'il quddiem bl-azzjoni aestimatorja, jzomm il-haga u jitlob lura dikil-bicca mill-prezz li tigi stabbilita mill-Qorti.

Gie kostantement ritenut minn dawn il-Qrati u dan jirrizulta wkoll mit-test tal-ligi, illi d-dritt naxxenti minn vizzju redibitorju ma jistax jigi dedott b'eccezzjoni imma ghandu jigi ezercitat fi zmien utili b'azzjoni.

Minn naha l-ohra l-artikolu 1390 tal-Kodici Civili jipprovdi li jekk il-haga li l-bejjiegh igib biex jikkonsenja ma tkunx tal-kwalita' imwieghda jew ma tkunx bhal kampjun li fuqu l-bejgh ikun sar, ix-xerrej jista' jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' periti.

F'din l-eventwalita' l-ligi tispecifika bi precizjoni kif kellu jagixxi l-kompratur li ma kienx sodisfatt bl-oggett li l-venditur ipprova jikkonsenjalu. Il-ligi taghti direttivi precizi x'kellu jaghmel il-kompratur biex jehles mir-rabta kontrattwali li kien dahal fiha li jakkwista l-oggett minghand il-venditur la darba dak l-oggett ma jkunx skond il-kwalita' mwieghda jew majkunx skond il-kampjun.

Id-difiza ewlenija tax-xerrej kienet li jirrifjuta l-oggett materjalment jew billi jiddepozitah taht l-awtorita' tal-Qorti. Jista' wkoll jaghzel li jaccettah u jhallasghalih prezz anqas. Din kienet difiza li x-xerrej seta' javvanza ukoll per via di eccezione jekk il-bejjiegh jinterpellah biex ihallas il-prezz ta' l-oggett in vendita'. Mill-banda l-ohra, jekk ix-xerrej jaghzel li jzomm l-oggett lilu konsenjat u bl-ebda mod ma jirreagixxi skond kif trid il-ligi ghall-fatt li dak l-oggett ma jkunx skond il-kampjun jew tal-kwalita' pattwita, hu jkun iqieghed jippregudika rrimedjabbilment il-posizzjoni tieghu.

Fi kliem iehor, ix-xerrej m'ghandux dritt izomm l-oggett konsenjat lilu u ma jhallasx il-prezz miftiehem sakemm dak l-istess oggett ma jigix sostitwit b'iehor tal-kwalita' pattwita jew skond il-kampjun. Li naturalment ma jfissirx li x-xerrejma kellux il-jedd li jesigi li l-bejjiegh jonora l-obbligi tieghu li jikkonsenja l-oggett skond il-ftehim u skond il-kampjun u li ma jhallsux jekk mhux wara li l-venditur ikun adempixxa dan l-obbligu.

L-azzjoni ex contractu taht l-artikolu 1390 tiddefendi lill-kumpratur ghall-inosservanza tal-obbligi kontrattwali kontra l-konsenja ta' oggett divers fil-kwalita' minn dak promess lilu. L-azzjoni redibitorja tipprotegih kontra l-obbligu accessorju tal-venditur li jikkonsenja l-oggett minghajr diffett.

Ghalkemm l-azzjoni ex contractu u l-azzjoni redibitorja ghandhom l-istess fondament razzjonali, l-azzjoni ex contractu hija esperibbli biss meta l-haga konsenjata tkun sostanzjalment diversa minn dik kuntrattata, meta l-kwalita' tal-oggett konsenjat tkun diversa minn dik tal-oggett mibjugh b'mod li ma tkunx tikkorrispondi ghall-generu tal-oggett kuntrattat, u hekk il-konsenja tkun konsenja ta' 'aliud pro alio'."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info