Reference: 1647/1999/1

Judgement Details


Date
29/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
SAMMUT JOHN MARY vs FENECH EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEPOZITU, DOVERI TAD-DEPOZITARJU - DEPOZITU, HRUQ TA` L-OGGETT DEPOZITAT - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, EVITABILITA` TA` - KAZ FORTUWITU, PREVEDIBILITA` TA` - VETTURA, PROPRJETA` TA`
Summary
Is-sid ta' garage fejn isiru tiswijiet tal-karozzi, apparti mill-kuntratt ta' kiri ta' xoghol ghandujitqies ukoll bhala depozitarju bl-obbligu li jikkostodixxi u jrodd il-karozza fl-istat li kienet tinsab - salv it-tiswijiet li jkun gie mitlub jaghmel fiha. Dan mhux depozitu gratwitu, u ghalhekk igib mieghu l-konsegwenzi previsti mill-ligi fl-artikolu 1900 tal Kodici Civili.

Id-depozitarju huwa obbligat juza fil-kustodja ta' l-oggetti depozitati ghandu l-istess diligenza li huwa juza fil-kustodja ta' hwejgu - Art. 1899 Kodici Civili. Dan il-principju huwa applikat b'akbar rigur metad-depozitu huwa salarjat milli meta jkun maghmul gratwitament u fuq bazi ta' hbiberija - Art 1900.

Id-depozitarju pero' mhux responsabbli ghall-accidenti li jigru b'forza magguri. Is-serq ta' oggett depozitat jammonta ghal kaz fortuwitu meta d-depozitarju jkun ha l-prekawzjonijiet xierqa biex is-serq ma jsirx.

Id-debitur jibqa' dejjem responsabbli ghall-inadempiment ta' l-obbligazzjoni minnu assunta sakemm ma jippruvax li l-inadempiment kien dovut ghal kawza estranea, forza magguri jew kaz fortuwitu; b'mod li hu jibqa' dejjem tenut jekk l-obbligazzjoni ma gietx adempita bi htija tieghu jew ta' terzi persuni mqabbdin minnu.

Jekk id-depozitarju jinvoka l-kaz fortuwitubhala motiv ta' l-esenzjoni tieghu mill-hsara li ssofri l-haga depozitata, l-prova tal-kaz fortwituhija mixhuta fuqu.

Skond il-principji tad-dritt, biex ikun hemm il-kaz fortuwitu mhux bizzejjed li jkun hemm avveniment insolitu, sproporzjonat, u li jkun prodott mill-forzi tan-natura, imma jehtieg li jkun inevitabbili, b'mod li ma jistax jigi evitat bid-diligenza ordinarja tal-bonus paterfamilias.

Id-definizzjoni accettata fil-gurisprudenza nostrana ta' interess guridiku hija dika tal-Mortara li jghid li l-interess guridiku huwa " l'utilita' finale della domanda gudiziale nel tema dell'asserita ezistenza o violazione del diritto". Jekk l-azzjoni tkun inkapaci li tipproduci rizultat vantaggjuz jew utili ghal min jipproponiha jew jekk ir-rizultat, jew sentenza, ma jkunx jista' jigi usufrwit, dik l-azzjoni ma tistax tigi protetta.

L-interess irid ikun guridiku cjoe bazat fuq xi dritt pretiz lez tal-atturi irid ikun dirett (meta jezisti fil-kontestazzjoni jew fil-konsegwenzi taghha) u personali (fis- sens li jirrigwarda l-attur) u jrid ikun konkret jew attwali cjoe jrid johrog minn stat attwali ta' vjolazzjoni ta' dritt.

Dwar dina l-kwistjoni trid issirdistinzjoni bejn trasferiment ta' vettura u registrazzjoni ta' vettura. Meta ssir skrittura privatata' bejgh wiehed jista' jghid li t-trasferiment sar. Ir-registrazzjoni imbaghad tkun tiddependi minn meta tithallas it-taxxa dovuta.

Skond l-Art. 1347 tal-Kodici Civili l-bejgh hu perfett bejnil-partijiet, u kwantu ghall-bejjiegh, il-proprjeta' tal-haga tghaddi ghand ix-xerrej, malli jsir il-ftehim fuq il-haga u fuq il-prezz, ghalkemm il-haga tkun ghad ma gietx ikkunsinnata u lanqas ma jkun ghad thallas il-prezz; u minn dak il-hin il-haga nfisha tibqa' ghar-riskju u ghall-uzu tax-xerrej.

Fil-ligi taghna d-difiza ta' "force majeure" u kaz fortwitu tinsab fl-artikolu 1029 tal-Kodici Civili li jipprovvdi li "kull hsara li tigri b'accident jew b'forza magguri, ibatiha, fin-nuqqasta' disposizzjoni espressa tal-ligi li tghid il-kuntrarju, dak illi fuq il-persuna jew il-beni tieghu tigri l-hsara".

Il-Qorti trid tara ghalhekk jekk dak l-gara kienx precedut minn xi att jew ommissjoni kolpuza da parti tal-konvenut, u jekk kienx hemm xi "violazione di un dovere" jew "ommissione di diligenza".

Jinsab ritenut illi "s-serq ghandu jkun ekwiparat ghal kaz fortuwitu ughalhekk ghandu jsofrieh il-proprjetarju tal-oggett misruq".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info