Reference: 45/2003

Judgement Details


Date
14/11/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs MIZZI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DIFIZA LEGITTIMA, APPLIKABILITA` TA` - KONTRAVVENZJONIJIET KONTRA L-ORDNI PUBBLIKU, KSUR TA` ORDNI LEGITTIMU - SIKKINA, NUQQAS TA` LICENZJA TAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA GHAZ-ZAMMA TA`
Summary
L-Artikolu 338(ee) tal-Kodici Kriminali jippresumi li dak li jkun ikun jaf, jew ghall-anqas seta' ragonevolment ikun jaf, li dak li kien qed jaghti l-ordni kien persuna f'awtorita` jew altrimenti persuna inkarigata minn servizz pubbliku.

Il-ligi taghna ma tirrikonoxxi ebda difiza generali, fis-sens ta' skriminanti generali, ta' "necessita`". Id-difiza ta' legittima difeza hi limitata ghal kazijiet fejn persuna tkun qed tigi akkuzata b'omicidju volontarju jew offiza volontarja fuq il-persuna u mhux fejn l-akkuza tkun ta' xi reat iehor; u n-"neccessita`" hija differenti wkoll mid-difiza tal-koazzjoni, din tal-ahhar kontemplata fl-Artkolu 47(a) tal-Kodici Kriminali.

Ir-reat kontemplat fl-Artikolu 13(1) tal-Kap. 66, huwa kommess minn min ikollu f'idejh jew fuqu sikkina, ta' kullxorta li tkun, b'xafra bil-ponta jew strument iehor bil-ponta minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Fejn il-legislatur ried li l-garr ta' armi bla licenzja ma jkunx suggett ghal piena, dan qalu espressament. Hekk wiehed isib il-proviso tas-subartikolu (1A) tal-Artikolu 3 tal-Kap. 66, li jipprovdi li jekk persuna ikollha, minghajr licenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, fil-pusses jew kontroll taghha, jew ikollha f'idejha jew fuqha, arma tan-nar jew munizzjon barra minn fond jew post lijaghmel mieghu hi ma tehel ebda piena jekk il-fatt isehh "minhabba fil-bzonn attwali tad-dfiza legittima" taghha nnifisha jew ta' persuna ohra. Ebda ezenzjoni mill-piena ma hi provvduta fir-rigward tal-Artikolu 13, ghalkemm, s'intendi, jista' jkun hemm il-moderazzjoni fil-piena konformement mac-cirkostanzi kollha tal-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info