Reference: 5/2002/1

Judgement Details


Date
13/11/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SALON SERVICES LTD vs DIMECH ELAINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AUDI ALTERAM PARTEM, NOTIFIKA TA` PROCEDURI - AUDI ALTERAM PARTEM, NUQQAS DA PARTI TA` MIN IQAJJEM L-ILMENT LI JRESSAQ PROVI - NOTIFIKA, KORP MOGHNI B`PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Summary
lllum hu car li l-Qorti Civili tista' tissindika l-operat ta' kwalsiasi Tribunal amministrattiv, l-ewwelnett biex tassigura li l-principji ta' gustizzja naturali huma osservati, u t-tieni biex tassigura li ma kienx hemm xi enunzjazzjoni hazina jew inkompleta ta' l-ipotesi tal-ligi, u dana minghajr ma tipprova b'xi mod tissostitwixxi d-diskrezzjoni taghha ghal dak tat-Tribunal.

Hu veru li skond l-artikolu 31(3) tal-Kap 266 (li jirregola r-Relazzjonijiet Industrijali u, fil-fatt, jahseb ghal-holqien tat-Tribunal Industrijali) jghid li t-Tribunal jista' jirregola l-procedura tieghu, izda l-istess subartikolu jipprovdi li t-Tribunal irid isegwi ir-regoli tal-Gustizzja Naturali, u l-ewwelu fuq kollox, dawn ir-regoli jesigu li l-parti konvenuta tinghata "prior notice of the charge or case he has to meet".

Jekk sentenza ta' Qorti tinghata mhux fil-gurnata li kellha tinghata, jista' jkun hemm lok ghan-nullita' u anke ksur tad-drittijiet tal-parti sokkombenti, izda din il-konsegwenza ma tavverax ruhha jekk min ikun sokkombenti, bhala fatt, kien jaf bis-sentenza tant li appellaminnha.

Jekk att tal-Qorti jintbaghat fid-dar tar-residenza ta' direttur, tircevieha l-mara li, pero', titlifha u qatt ma tghid lil zewgha biha, il-kontumacja mhux gustifikata ghax hu dover tieghu li jiehu hsieb li jigbor l-ittri li jaslulu u jara li ma jintilfux fost karti ohra.

Huobbligu ta' kull direttur ta' azjenda jew kumpanija li jamministra hwejgu bil-ghaqal u jirranga l-affarijiet tieghu b'mod li jassigura li l-ittri ta' certa importanza jaslu ghandu b'mod immedjat. In-nuqqas, f'dan il-kaz, ma jirrizultax li kien wiehed ta' nuqqas ta' notifika, izda nuqqas attribwibblilis-socjeta' attrici li naqset tiehu hsieb l-affarijiet taghha bhala bonus pater familias. Ma jkunxhemm ksur tal-principju tal-gustizzja naturali u lanqas nullita' tad-decizjoni jekk il-konvenut majressaqx provi ghax nonostante l-opportunita' moghti lilu biex iressaq il-provi tieghu, baqa' inadempjenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info