Referenza: 2066/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/11/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
LOMBARD BANK MALTA PLC vs NAUDI LOUIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RAHAN, BEJGH TA` TAL-HAGA MOGHTIJA B`RAHAN - RAHAN, BEJGH TA` TAL-HAGA MOGHTIJA B`RAHAN - FTEHIM WARA LI JSIR IL-KUNTRATT TA` RAHAN
Fil-Qosor
L-artikoli 1970 u 1973 tal-Kap 16 jiddisponu hekk:

1970 (1) Il-kreditur, minbarra Il-Monti, ma jistax jiddisponi mir-rahan fin nuqqas ta' hlas: izda hu ghandu jedd jitlob il-bejgh tal-haga fl-irkant taht is-setgha tal-qorti.

(2) It-talba tal-kreditur ghal dan il-bejgh tista' ssir imqarb'rikors u l-qorti tista' fuq din it-talba tordna l-bejgh tar-rahan, jekk id-debitur jew min jidherghalih skond il-ligi, wara li jigi nnotifikat kif imiss b'kopja ta' dak ir-rikors, biz-zmien ta' tliet ijiem sabiex iwiegeb, jonqos li jwiegeb jew ma jaghmilx opposizzjoni ghat-talba.

1973 Kull patt li jaghti s-setgha lill-kreditur li jiehu bi proprjeta` r-rahan, jew li jiddisponi minnu minghajr ma jhares il-procedura msemmija fl-artikolu 1970, jew li jnehhi lill-kreditur jew lid-debitur il-jedd li jitlob il-bejgh tar-rahan kif jinghad fl-artikoli 1970, 1971 u 1972, huwa null.

Dakli l-ligi tipprojbixxi f'materja ta' rahan, taht piena ta' nullita', huwa kull patt li jawtorizza lill kreditur li japproprja ruhu mir-rahan jew jiddisponi minnu minghajr il-formalitajiet preskrittimill-ligi, jew li jnehhi, id-dritt li jitlob il-bejgh tar-rahan. Imma l-bejgh tar-rahan lill-istesskreditur fi ftehim li jsir wara li jkun sar il-kuntratt tar-rahan, u indipendentement minnu, ma hux projbit mil-ligi, purche' dan isir mhux in frode tal-ligi, jigifieri ma jkunx miftiehem fil-mumenttal-kontrattazzjoni tar-rahan imma jigi effettwat wara, ghax altrimenti l-debitur ma jkunx qed igawdi mill-liberta' fil-kontrattazzjoni, li hi wahda mill-element essenzjali rikjesta ghal validita tal-convenzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni