Reference: 11/2002

Judgement Details


Date
12/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE BARDON MARY vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, PENSJONI MHALLSA LIL WIEHED MILL-MIZZEWGIN - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, PENSJONI TAR-ROMOL - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, RESPONSABILITA` GHAL REAT LI JKUN SAR BIR-RIEDA MINN WIEHED MILL-MIZZEWGIN - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, XOLJIMENT MAL-MEWT TA` WIEHED MILL-KONJUGI
Summary
Huwa pacifiku illi l-komunjoni tal-akkwisti bejn il-mizzewgin tigi xolta mal-mewt ta' wiehed mill-konjugi, u li minn dakinhar il-quddiem jinholoq stat iehor ta' komunjoni bejn il-konjugi superstiti ul-eredi tal-predefunt: "condomino o socio al momento dello scioglimento della comunione degli acquisti".

Il-pensjoni li kienet tithallas lil persuna mizzewga hi meqjusa bhala akkwist jew frotttal-komunjoni. Salv dak li ser jinghad aktar l-isfel, rebus sic stantibus, dan ifisser illi huma l-beni ta' din l-istess komunjoni li jridu jaghmlu tajjeb ghad-djun, kompriz allura ir-restituzzjoni tas-somma mhallsa zejda lill-komunjoni.

Ikun kontrosens pero` kieku kellu jissokta jigi ritenut illi ghax pensjoni tkun dovuta minhabba s-sodisfaciment tal-hlas tal-kontribuzzjonijiet, li setghuukoll thallsu fil-kors tal-komunjoni, ergo pensjoni konsimili u li tithallas specifikatament lil min jormol tigi idejalment meqjusa bhala formanti parti minn komunjoni, li guridikament intemmet bil-mewt, u kwindi ma ghadhiex tezisti.

Il-pensjoni tar-romol tappartjeni personalment lil min jirceviha u mhux lil xi komunjoni li setghet kienet tezisti mal-konjugi defunt. Jew addirittura lil xikomunjoni gdida is-superstiti u l-eredi tal-predefunt. Il-fatt li hi pensjoni tar-romol ifisser lihi esklussiva ghal min jirceviha.

Din l-istess pensjoni ma taghmilx tajjeb ghad-debiti tal-komunjoni. Dan la hu possibbli in forza ta' l-Artikolu 1327 tal-Kodici Civili, - li jipprovdi b'modspecifiku ghal dawk id-djun li jitbatew minn assi tal-komunjoni, - u lanqas in forza ta' l-Artikolu102 tal-Kap 318. Dan l-ahhar artikolu, rettament intiz, jahseb ghal kaz hemm kontemplat fejn il-persuna beneficjata tkun irceviet xi hlas zejjed meta dan ma kienx jimmeritaha, u jipprovdi wkoll ghall-mod kif id-Direttur jista' jigbor lura dik is-somma ndebitament imhallsa.

Meta d-dejn jew indenniz ikun dovut bhala rimedju civili dwar reat maghmul bir-rieda ta' xi wahda mill-partijiet fiz-zwieg, il-kredituri ma jistghux jinfurzaw it-talba taghhom kontra l-beni parafernali tal-parti mizzewga li ma tkunx hi li minhabba fiha nholqot it-talba izda se mai fil-konfront tal-beni parafernali tal-parti li minhabba fiha nholqot it-talba.

Issa l-ligi ma tiddefiniex x'ghandu jkun komprensiv ta' "reat" fl-imsemmija disposizzjonijiet tal-Kodici Civili jew jekk din il-kelma ghandiex tinftiehem fis-sens tal-Kodici Kriminali. Iz-zamma ta' taghrif utili li b'konsegwenza iggib beneficcju lildak li jkun meta dan legalment ma jkunx intitolat ghalih, b'dan il-mod qed jikkarpixxi l-kunsens ul-bona fede tal-paganti. Tali sitwazzjoni hi prevvista wkoll taht l-Att innifsu dwar is-sigurta` socjali li in linea generali jqis bhala reat "kull min jikser jew jonqos li joqghod ghal xi wahda mill-htigijiet ta' dan l-Att" (Art 119). B'mod specifiku, imbaghad, jikkostitwixxi reat taht dak l-Attkull min xjentement jew bi traskuragni jaghmel dikjarazzjoni falza jew juri haga b'ohra jew fi frodijonqos milli jirraporta lid-Direttur qabel ma jircievi xi hlas, xi bidla fic-cirkostanzi li ghandhajew jista' jkollha konsegwenzi materjali fuq l-ammont, jew fuq il-mod kif jinghata, dak il-pagament(Art 117 (1)(i) u (iii)).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info