Reference: 154/1999/1

Judgement Details


Date
12/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
JENSEN TESTAFERRATA NICHOLAS PRO ET NOE vs GRIMA GIOVANNA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, META L-QORTI TAL-APPELL TIRRIMETTI L-ATTI QUDDIEM L-EWWEL QORTI - APPELL, SENTENZA IN PARTE - LOKAZZJONI, FTIT UZU JEKWIVALI GHAL NON USO - LOKAZZJONI, NON USO - ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - TNAQQIS TA` ATTIVITA` KUMMERCJALI
Summary
L-Artikolu 231 (1) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili tassattivament jiddisponi illi "jekk diversi kwestjonijiet f'kawza jinqatghu b'sentenzi separati, jista' jsir appell minn kull wahdaminn dawk is-sentenzi wara s-sentenza finali u fiz-zmien li jmiss li jibda jghodd mill-jum meta tinghata l-ahhar sentenza; u f'dak l-appell ghandhom jissemmew espressament is-sentenza jew sentenzi liminnhom isir appell".

Fl-istat tal-ligi procedurali qabel l-emendi bl-Att XXIV ta' l-1995, l-fehma pacifika kienet illi "l-appell ikun null ghal dawk is-sentenzi li ma jissemmewx espressament,mhux biss fil-petizzjoni, imma wkoll fin-nota tal-appell".

Id-disposizzjoni fuq imsemmija tapplika wkoll "ghas-sentenzi tal-Bord tal-Kera, meta ma jkun hemm xejn kuntrarju fil-ligi specjali tal-Bord, jew meta ma jkunux manifestament inapplikabbli jew xort'ohra nkompatibbli mal-funzjonijiet specjali tal-Bord".

Hu principju konkordi abbraccjat minn gurisprudenza kostanti illi n-non usu ghal zmien twil hu parifikat ghall-kambjament fid-destinazzjoni. S'intendi kull kaz ghandu l-fattezzi partikolari tieghu u, allura, f'kazijiet konsimili "jehtieg dejjem li jigu valjati c-cirkostanzi partikolari tal-kaz li jkun" biex minnhom jigi stabbilit jekk l-allegazzjoni dedotta mis-sid lokatur hiex ben motivata u, fuq kollox, radikata. Materja bhal din hi wahda ta' fatt li kellu jigi provat u kien jispetta lill-Bord li jevalwa sew u jiddeciedi dwarha.

Il-fatt biss li l-intimat seta' ghal xi raguni jew ohra naqqas xi ftit l-attivita` kummercjali tieghu u allura l-fatt biss illil-fond ma baqghax jigi uzat bl-istess frekwenza kif kien jintuza precedentement, ma jammontax ghan-non uso fis-sens tal-ligi. Is-sidien rikorrenti kellhom jissodisfaw lill-Qorti illi l-inkwilin kieneffettivament abbanduna l-fond lilu mikri billi ma baqghax juzah ghall-iskop li ghalih inkera. Prova din li tigi newtralizzata jekk l-inkwilin da parti tieghu jissodisfa l-Qorti li hu baqa' juza l-fond skond il-htiega tan-negozju tieghu.

Huwa ben maghruf illi mhux l-iskop tal-ligi li jivvantaggja lis-sid li japprofitta ruhu minn kull cirkostanza biex jippriva lill-inkwilin tieghu mit-tgawdija tal-fond u l-protezzjoni tal-ligi. Fis-sistema tal-ligi taghna, u dan ighodd anke f'kazijiet bhal dak prezenti, il-piz probatorju hu mixhut fuq ir-rikorrenti sidien li jallegaw il-fatt tan-"non-uzu". Dan l-oneru li juri il-legittimita` u l-fondatezza tal-pretensjoni ma giex adegwatament dizimpenjat.

Huwa pacifikament logiku illi jekk talba ghar-ripresa ta' fond quddiem il-Bord tkun bazata fuq aktar minn kawzali wahda u l-Bord jakkolji wahda minnhom u ma jidholx fil-kawzali jew kawzalitajiet l-ohra, jekk imbaghad fl-appell il-Qorti ma taqbelx mal-Bord u tirrevoka s-sentenza kif bazata fuq il-kawzali milqugha, hemm lok li l-atti jigu rinvjati lill-Bord sabiex il-kawza tigi trattata u deciza fuq il-kawzali jew kawzalitajiet l-ohra li l-Bord ma jkunx dahal fihom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info