Reference: 159/2000/1

Judgement Details


Date
12/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PULLICINO YVONNE PRO ET vs MIFSUD EDGAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, NON USO - ELEMENTI TA` - SENTENZA, QERQ
Summary
Mhux koncepibbli l-qerq naxxenti mill-fatt u cirkostanza li kienu ghal kollox noti lill-persuna li suppost giet imqarrqa u li kienet konsapevoli taghhom.

Jekk imbaghad il-qerq jirrisjedi fil-fatt li xi Qorti giet sgwidata, allura ukoll ma jistax jissussisti l-qerq ghaliex ir-ritrattand kellukull opportunita` u facilita` li jgib dan il-fatt li minnu issa qed jillamenta a konjizzjoni tal-Qorti u tal-Bord fil-mument opportun u a tempo debito.

In-non-uso ta' fond mikri jista' jammontaskond ic-cirkostanzi ghall-uzu divers jew ksur tal-obbligazzjonijiet tal-lokazzjoni. Biex dan in-"non uso" jista' jammonta ghall-uzu divers hemm bzonn li jghaddi tul ta' zmien valutabbli skond ic-cirkostanzi tal-kaz, u li jkun volontarju u mhux determinat minn xi gustifikazzjoni ragjonevoli.

Hi gurisprudenza konkordi illi tikkonsentixxi lill-kerrej f'dati cirkostanzi illi jaghmel il-modifiki necessarji fil-fond lokat lilu anke minghajr il-kunsens preventiv tas-sidien. Din il-gurisprudenza iddeterminat il-parametri li fuqhom l-inkwilin seta' jassigura t-tgawdija tal-fond lilu mikri skond id-destinazzjoni tal-kirja u hu ghalhekk li f'dawn il-parametri l-gurisprudenza tqis li certi xoghlijiet ma jirrikjedux il-kunsens tas-sid. Tali kunsens pero`, kif gie ritenut mill-Qrati fuq l-insenjament tad-dottrina, senjatament il-Pacifici Mazzoni ("Delle Locazioni"), mhux necessarju trattandosi ta' innovazzjonijiet parzjali u mhux ta' importanza kbira, innovazzjonijiet li ma jbiddlux id-destinazzjoni tal-lokazzjoni, li ma jippregudikawx id-drittijiet tal-proprjetarji, li jkunu jistghu jigu rimossi meta tispicca l-lokazzjoni (ara f'dan il-kuntest l-Affidavit tal-Perit Anthony Muscat afol 304), u li jkunu necessarji jew utili ghall-godiment tal-haga lokata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info