Reference: 2345/2000/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MAC LTD ET vs SAID INTERNATIONAL LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DEJN, HLAS DA PARTI TA` TERZ - DEPOZITU FIL-QORTI, ELEMENTI MEHTIEGA GHALL-VALIDITA` TA` - KONDIZZJONI RISOLUTTIVA, ESPRESSA - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA TACITA - KUNTRATT, PATT KOMMISSORJU - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA - KUNTRATT, XOLJIMENT IPSO IURE - KUNTRATT, ZMIEN GHALL-EZEKUZZJONI TA`
Summary
In-nuqqas ta' twettiq f'waqtu ta' obbligazzjoni ma jgibx fix-xejn dik ir-rabta, imma, ghall-kuntrarju, jhalli lok li tista' tintalab l-ezekuzzjoni taghha. Ghalhekk, sakemm il-ftehim ma jkunx sar fihpatt ta' kundizzjoni rizoluttiva espressa li meta ssehh iggib fix-xejn il-kuntratt b'mod li lanqas il-Qorti ma tista' ttawwal iz-zmien lid-debitur ghall-ezekuzzjoni, il-fatt li jkun sar ftehim bilaterali bejn tnejn min-nies jew izjed jista' johloq il-prezunzjoni li tinghadd li saret fih il-kundizzjoni rizoluttiva tacita f'kaz li wahda mill-istess partijiet tonqos li twettaq il-parti taghha. Immadin il-kundizzjoni ma ggibx fi tmiemha ipso jure l-obbligazzjoni (ghajr fil-kuntratti kummercjali),u hija moghtija lill-Qorti mil-ligi s-setgha li taghti lid-debitur zmien xieraq u skond ic-cirkostanzi biex jaghmel dak li kien intrabat. Il-ligi trid li, ghal dak li jirrigwarda koncessjonijiet ta'enfitewsi, lanqas fil-kuntratti kummercjali ma jista' jitqies li l-kundizzjoni rizoluttiva tacita twassal ghall-hall tal-kuntratt ipso jure;

Ir-rimedju ghat-twettiq ta' obbligazzjoni huwa l-ezekuzzjoni taghha. Wahda mill-ghamliet ta' ezekuzzjoni ta' obbligazzjoni u li jgib it-tmiem taghha huwa l-hlas. Il-hlas ta' obbligazzjoni jimplika erba' (4) elementi ewlenin li jridu jirrizultaw biexjista' jinghad li l-hlas jiswa: dawn huma, (i) l-ezistenza tal-obbligazzjoni, (ii) il-fehma li ttemm dik l-obbligazzjoni, (iii) is-sehem ta' l-persuna li thallas u dak ta' dik li tithallas, u (iv) it-twettiq ta' dak li huwa dovut.

Fost ir-regoli li ssemmi l-ligi dwar il-hlas hemm dawk lijghidu li l-hlas irid isir lill-kreditur jew lil xi persuna li jkollha minghandu u li l-kreditur majistax jigi mgieghel li jaccetta jekk mhux il-hlas kollu li jkun dovut. Jista' jizdied jinghad ukoll li ladarba min jonqos li jwettaq obbligazzjoni huwa passibbli ghad-danni, u ladarba f'obbligazzjoni bi zmien in-nuqqas ta' twettiq taghha jitnissel bis-semplici dewmien, id-danni fil-kaz ikunu jikkonsistu fl-imghaxijiet fuq is-somma li jkollha tinghata. Dawn l-imghaxijiet, komputati bir-rata li ssemmi l-ligi, jinghaddu mal-ammont tal-kreditu ewlieni li l-hlas tieghu huwa mistenni li jsir lill-kreditur, l-izjed jekk l-istess kreditur kien sejjah lid-debitur tieghu ghall-hlas b'att gudizzjarju;

Il-ligi trid li d-depozitu tal-ammont dovut lill-kreditur jiswa daqs il-hlas, sakemm tali depozitu jkun sar wara li s-somma tkun giet offerta lill-kreditur u dan irrifjutaha, u sakemm dik l-offerta thares il-kundizzjonijiet tassativament mahsuba fl-artikolu 1175 tal-Kodici. B'zieda ma' dan,biex depozitu jkun jiswa daqs il-hlas, huwa kompitu tad-depozitant li jipprova sufficjentement li tali depozitu kien wiehed maghmul b'harsien tal-ligi wara li l-hlas ikun gie validament offert lill-kreditur;

Dwar il-kwestjoni jekk in-nuqqas ta' twettiq ta' obbligazzjoni tistax tirrimedja ghalih terza persuna jinghad l-ligi taghna thalli li l-hlas jista' jsir mhux biss minn kull persuna lijkollha interess fl-obbligazzjoni, imma wkoll minn kull persuna li, ghalkemm ma jkollhiex interess fl-obbligazzjoni, thallas ghall-beneficcju tad-debitur, f'liema kaz il-kreditur ma jistax jirrifjutal-hlas. Dan kollu jfisser li terza persuna tista' tirrimedja ghan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligazzjoni min-naha tad-debitur. Bhalma tista' wkoll tidhol f'rabta kuntrattwali f'isem haddiehor biex twettaq l-obbligazzjonijiet ta' dik il-persuna. Dan jghodd kemm jekk it-terza persuna thallas bl-gharfien tad-debitur u kif ukoll jekk il-hlas isir minn wara dahru. Jidher li l-legislatur holoq eccezzjoni wahda ghal dan il-principju, fejn l-obbligazzjoni tkun wahda "di fare" u l-kreditur jkollu interess li l-obbligazzjoni titwettaq mid-debitur u t-terza persuna ma tkunx intalbet mid-debitur biex thallas;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info