Reference: 2545/1998/1

Judgement Details


Date
16/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ANGELO CUTAJAR & SONS COMPANY LIMITED vs CREMONA ANTHONY DOTT. ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI, ECCEZZJONI GHANDHA TITQAJJEM IN LIMINE LITIS - GURISDIZZJONI, OBBLIGAZZJONI KONTRATTATA F`MALTA - GURISDIZZJONI, PERSUNA LI TKUN QEGHDA F`MALTA - GURISDIZZJONI, SENTENZA LI TISTA` TIGI EZEGWITA F`MALTA
Summary
Din kienet sentenza dwar eccezzjoni ta' nuqqas ta' gurisdizzjoni fuq il-bazi ta' l-Art 742(1)(d) u (e) tal-Kap. 12 li jipprovdi s-segwenti:

742. (1) Bla hsara ta' fejn il-ligi tiddisponi espressament xort'ohra, il-Qrati Civili ta' Malta minghajr ebda distinzjoni jew privilegg, ghandhom gurisdizzjoni biex jisimghu u jiddeciedu l-kawzi kollha li jirrigwardaw il-persuni hawn taht imsemmija:

...

(d) kull persuna li tkun ikkuntrattat obbligazzjoni f'Malta, izda ghall-kawzi biss li ghandhom x'jaqsmu ma' dik lobbligazzjoni u kemm-il darba dik il-persuna tkun tinsab Malta;

(e) kull persuna illi, ghalkemm tkun ikkuntrattat obbligazzjoni f'pajjiz iehor, tkun ftehmet li ghandha tesegwixxi dik l-obbligazzjoni f'Malta, jew tkun ikkuntrattat obbligazzjoni illi bilfors ghandujkollha effett f'Malta, kemm-il darba, f'kull kaz, dik il-persuna tkun tinsab Malta;

f) kullpersuna, ghal kull obbligazzjoni li tkun ikkuntrattat favur cittadin ta' Malta jew persuna li tinsabMalta jew korp li jkollu personalita` guridika distinta jew assocjazzjoni ta' persuni inkorporati jew li jiffunzjonaw f'Malta, meta s-sentenza tista' tkunesegwita f'Malta;

Eccezzjoni dwar il-kompetenza ta' Qorti li tqis talba mressqa quddiemha u dan skond ma jissemma fl-artikolu 741(a) tal-Kodici, u li b'rieda tal-ligi hija wahda mill-eccezzjonijiet li l-Qorti tista' tqanqal minn rajha, imbasta dan isir f'waqt bikri tal-kawza in limine;

Illi jibda biex jinghad li, minkejja l-mod kif l-artikolu 742(1) huwa msawwar, il-kwestjoni ta' jekk Qorti Maltija ghandhiex is-setgha li tisma'u tqis kawza mressqa quddiemha (u li l-mertu taghha jaqa' fil-kompetenza taghha) trid titqies b'riferenza ghall-kwalitajiet tal-persuna mharrka, l-izjed fejn ir-raguni tal-gurisdizzjoni hija mibnijafuq il-prezenza tal-parti mharrka f'Malta. Din it-tifsira m'hija xejn ghajr l-applikazzjoni tal-massima guridika ewlenija li actor sequitur forum rei u tal-ohra li tipprovdi ubi te invenio, ibi te convenio;

Wiehed irid ifittex jekk (a) jirrizultax li l-obbligazzjoni li biha ntrabat l-imharrekhijiex wahda li giet kontrattata f'Malta jew inkella jekk kellhiex tigi ezegwita f'Malta, u (b) jekk, minhabba l-fatt li l-imharrek ma jinsabx f'Malta fizikament, il-"prezenza" tieghu hijiex mod iehor stabilita fil-persuna tal-Kuraturi Deputati mahturin biex jidhru ghalih fl-atti tal-kawza u fl-atti l-ohrajn konnessi u ancillari;

Ghall-finijiet ta' dawn id-dispozizzjonijiet, bi "prezenza"wiehed ma jifhimx biss prezenza attwali u fizika, imma jinkludi fiha wkoll prezenza permezz ta' persuna rapprezentanti taghha. Minbarra dan, il-kelma "obbligazzjoni" m'ghandhiex titfisser b'mod restrittiv, imma ghandha tghodd ghal kull rabta li titnissel ex lege, minn kuntratt u sahansitra minn dawk imnisslin ex delicto;

Illi ghal dak li jirrigwarda l-aspett jekk persuna tkunx intrabtet li twettaq obbligazzjoni f'Malta jew li f'Malta jsehh l-effett tal-obbligazzjoni, wiehed irid jifhemli l-legislatur ried jirreferi ghal dawk l-obbligazzjonijiet li, min-natura taghhom stess jew mill-mod ta' kif u fejn ghandhom jigu ezegwiti, tabilfors jehtiegu li jinghata effett lilhom f'Malta. Il-Qorti tifhem li l-obbligazzjoni li ntrabat biha l-imharrek kellha titwettaq f'Malta, u l-mod tat-twettiq taghha (jigifieri l-modalita' tal-hlas kif miftehma bil-kitba li saret fil-15 ta' Dicembru, 1993) kien ukoll mahsub li jsir f'Malta, jekk wiehed iqis is-sede ta' Ambaxxata bhala estensjoni tat-territorju tal-pajjiz rapprezentat minnha;

Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet u fatti li johorgu s'issa mill-atti tal-kawza wiehed jista' jislet il-fehma li dan kien kaz ta' obbligazzjoni ikkuntrattata f'Malta, fejn ukoll kellu jkollha effett. Fi kliem iehor, il-lex loci contractus vel executionis kien isejjes is-setgha ta' din il-Qorti li tisma' l-kawza mressqa quddiemha;

Huwa paciofiku li l-hatra ta' Kuraturi Deputati taghmel tajjeb ghan-nuqqas fiziku tal-parti debitrici fil-gurisdizzjoni. B'dan il-mod, u bil-harsien tal-procedura specifika li trid il-ligi, il-Kuratur Deputat mahtur minn Qorti fuq talba tal-parti attrici jiehu fuqu l-personalita' tal-parti mharrka li tista' tkun mhux maghrufa, inkapaci jew sahansitra 'l boghod mill-gurisdizzjoni waqt iz-zmien li l-kawza tkun qeghda tinstama' jew waqt parti minn dak iz-zmien;

B'zieda ma' dan huwa stabilit ukoll li l-gurisdizzjoni tal-Qrati Maltin taht il-paragrafu (e) tal-artikolu 742 hija msejsa kif imiss imqar jekk il-parti mharrka kellha f'Malta mandatarju specjali (jigifieri mhux wiehed b'hatra generali), jekk kemm-il darba l-azzjoni kienet wahda li tolqot is-setghat moghtijin b'mandat bhal dak. Il-Kuraturi Deputati, madankollu m'ghandhomx jinghaddu bhallikieku semplici mandatarji, ghaliex bejn il-hatrata' mandatarju min-naha tal-persuna li ma tinsabx f'Malta u l-hatra ta' Kuraturi Deputati biex jidhru ghalih jidher li hemm differenza fondamentali. Tali differenza tikkonsisti mill-fatt li l-hatra ta' mandatarju (imqar jekk bi prokura generali) hija volontarja min-naha tal-mandant, filwaqt li huwama jkollu l-ebda sehem (anzi, x'aktarx hija hatra ko-atta) fil-hatra f'ismu ta' Kuraturi Deputati.

Il-hatra wahedha ta' Kuratur Deputat ghal parti li ma tkunx tinsab f'Malta m'hijiex bizzejjed biex issejjes l-element ta' prezenza fil-gurisdizzjoni, fejn tali prezenza hija mehtiega, imma sservi biss biex tintegra l-gudizzju fejn, minhabba cirkostanzi ohrajn li bihom il-gurisdizzjoni hijaaltrimenti stabilita, kawza titressaq quddiem Qorti Maltija. Li kieku kellha tinghata tifsira ohra, kien ikun ifisser li l-htiega tal-ligi ghall-prezenza tal-parti mharrka f'Malta kienet tkun wahdasemplicement tejoretika, billi din setghet tingheleb kull darba billi wiehed jirrikorri ghall-hatrata' Kuratur Deputat u b'hekk johloq "il-prezenza";

Ghalhekk, safejn allura hemm cirkostanzifejn il-prezenza tal-imharrek f'Malta hija mehtiega, ma jidhirx li dan il-vot huwa mwettaq f'dan il-kaz;

Dwar ic-cirkostanza kontemplata Fl-Art. 742(1)(e) fejn il-ligi trid li l-Qrati Maltin ikollhom setgha jisimghu kawzi li fihom ikunu involuti kull persuna li tkun ikkuntrattat favur cittadin ta'Malta jew favur ta' persuna li tkun tinsab f"malta jew favur ta' korp li jkollu personalita' guridika f'Malta, meta s-sentenza li tinghata tkun tista' tigi ezegwita f'Malta. F'din ic-cirkostanza, il-prezenza tal-parti mharrka f'Malta m'hijiex mehtiega, ghaliex kollox jintrabat mal-fatt jekkl-eventwali sentenza tkunx tista' tigi ezegwita f'Malta;

Mhux minn dejjem kien hemm fehma wahda, la mill-kittieba u wisqa anqas mill-Qrati, dwar x'ghandu wiehed jifhem bil-kliem "tista' tkun esegwita". Hemm ghadd ta' decizjonijiet li jghidu li biex titwettaq din il-kwalita', jehtieg li jkunhawn f'Malta effetti jew gid tal-parti mharrka assenti. Dan jinghad li jghodd aktar u aktar jekk kemm-il darba l-azzjoni tkun wahda mahsuba ghall-hlas ta' flus jew danni. Huwa bizzejjed, madankollu,li jkun jinsab f'Malta gid biex imqar bicca mill-kreditu kanonizzat jista' jigi soddisfatt ghaliex"is-sentenza, almenu f'parti tista' tigi ezegwita f'Malta, u l-ligi ma tezigix illi ghandha tkun ezegwita ghat-totalita' tal-kreditu";

Madankollu, l-ezekuzzjoni fuq il-proprjeta' tal-parti mharrka m'hijiex il-mod wahdieni kif sentenza tista' tigi ezegwita, ghall-finijiet tal-artikolu 742(1)(f). Inghad li, ghall-finijiet tal-artikolu 742(1)(f), l-ligi m'ghamlet l-ebda limitazzjoni, u ghalhekk ghandu jinftiehem li kull ghamla ta' ezekuzzjoni hija bizzejjed biex tissoddisfa l-ligi. Ghalhekk, filwaqt li s-semplici iskrizzjoni ta' sentenza ma jservix biex tirradika l-ezekuzzjoni ta' sentenza ghall-finijiet tal-ligi, jehtieg li jintwera li l-ezekuzzjoni tista' ssir tassew u fattwalment li mhux biss eventwalment u b'mod ipotetiku, fis-sens li s-sentenza ma tkunx biss semplici formalita', "priva minn kull possibilita' ta' effettwazzjoni prattika u konkreta, izda kapaci ta' rizultamenteffikaci realizzabbli f'dawn il-Gzejjer". Il-mod ta' kif il-jedd pretiz jista' maghruf b'sentenza jista' jigi ezegwit jiddependi hafna min-natura tal-azzjoni li titressaq quddiem il-Qorti u mill-fattispeci partikolari tal-kaz;

Illi jrid jintwera wkoll li fejn dan l-element huwa mehtieg, fil-waqt li nbdiet il-kawza, l-imharrek kellu f'Malta gid li fuqu eventwali sentenza moghtija kontrihsetghet tigi ezegwita. Safejn ma jigix muri mod iehor, huwa meqjus li sentenza moghtija kontra persuna barranija tista' tigi ezegwita f'Malta. Jidher li, b'harsien tal-principju li min jeccepixxi jrid jipprova, jaqa' fuq min jallega li l-Qorti m'ghandhiex gurisdizzjoni li juri kif imiss ukoll li l-parti mharrka m'ghandhiex gid f'Malta li fuqu sentenza tista' tigi ezegwita;

L-eccezzjoni dwar il-gurisdizzjoni, minhabba n-natura taghha, trid titressaq qabel ma l-parti mharrka tiehu xi sehem fil-kawza b'mod li wiehed jifhem li hija tkun accettat il-gurisdizzjoni;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info