Reference: 7/1997/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
GRECH JOSEPH vs GALEA MARIA ANTONIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RIPRESA TAL-PUSSESS TA FOND
Summary
Bir-rikors promotur ir-rikorrenti appellanti qed jitolbu li jigu awtorizzati jirriprendu l-pussess tal-hanut numru tlettax Triq l-Isqof Pace, Marsalforn, limiti Zebbug, Ghawdex mikri bil-kera ta' Lm70fis-sena. Ir-rikorrenti ppremettew li l-inkwilin originali miet fil-1989 u ghalhekk il-kirja ghaddiet fuq l-intimata li hi l-armla tal-istess inkwilin. Ir-rikorrenti qed jallegaw li l-hanut gie sullokat lill-intimat l-iehor Franco Galea, li jigi bin l-intimata Maria Antonia Galea u l-inkwilin originali, u dana minghajr il-kunsens taghhom. B'nota sussegwenti r-rikorrenti ziedu premessa fis-sens lisaret ukoll assenjazzjoni tal-kirja in kwantu l-intimata permezz ta' kuntratt tal-1 ta' Marzu 1996assenjat il-kirja tal-fond in kwestjoni a favur l-imsemmi binha.

Il-Bord li Jirregola l-Keraghall-Gzejjer ta' Ghawdex u Kemmuna cahad it-talba tar-rikorrenti ghar-ripresa tal-imsemmi hanut udana peress li fl-ewwel lok ma saret ebda sullokazzjoni u fit-tieni lok ghaliex ghalkemm irrizultatassenjazzjoni, pero` rrizulta li r-rikorrenti, li kienu bir-ricevuta minnhom mahruga, gharfu bhala inkwilini tal-fond lill-eredi tal-inkwilin originali u ghalhekk issa t-talba taghhom ma kenitx gustifikata.

Ir-rikorrenti hassew ruhhom aggravati b'din is-sentenza u ghalhekk interponew dan l-appell.

Hu rrelevanti jekk id-deposizzjoni in kwestjoni kinitx tikkontjeni informazzjoni rilevanti ghal finijiet ta' din il-kawza. Il-kwestjoni hi jekk l-informazzjoni moghtija fil-kawza kinitxkoperta mis-sigriet skont il-ligi. Kemm ghadda zmien minn meta inghatat id-deposizzjoni in kwestjonisakemm saret it-talba ghall-isfilz hi ukoll irrilevanti. Il-fatt li din id-deposizzjoni giet sfilzata jfisser li l-istess deposizzjoni mhux prova u ghalhekk ma ghandha issir l-ebda referenza ghal kontenut taghha. Hu ukoll irrilevanti li x-xhud in kwestjoni qabel ma beda jixhed ma ssolleva ebda kwestjoni dwar li l-informazzjoni li kien ser jghati setghet kienet koperta mis-sigriet.

Skont il-provedimenti rilevanti tal-Kapitolu 318 kull tgharif mghoti lid-Direttur tas-Sigurta' Socjali hu kopert mis-sigriet. L-imsemmi direttur u kull ufficjal jew impjegat iehor fl-istess dipartiment humamarbuta li jzommu s-segretezza dwar kull taghrif moghti lilhom fil-kors tal-qadi tad-dmirijiet u funzjonijiet taghhom. Ma hemmx dubju ghalhekk li l-informazzjoni li ta' x-xhud in kwestjoni kienet koperta mis-sigriet u ghalhekk sewwa ghamel il-Bord meta ordna l-isfilz tal-istess deposizzjoni.

Fit-tieni lok, l-aggravju tar-rikorrenti appellanti jirreferi ghall-konkluzjoni tal-Bord dwar ir-ricevuti rilaxxjati mir-rikorrenti. L-appellanti jissottomettu, f'dan ir-rigward, li l-Bord kien skorrett meta kkonkluda li b'dawn ir-ricevuti huma kienu rrinunzjaw ghal jedd li ttihom il-ligi u cioeli jirrikonoxxu bhala l-inkwilina lill-armla tal-inkwilin originali. F'dan il-kaz, meta gew rilaxxjati r-ricevuti in kwestjoni gew rikonoxxuti bhala l-inkwilini l-eredi kollha tal-inkwilin originali.Il-ligi qed tirregola x'ghandu jigri meta jmut l-inkwilin. Jekk ma jkun hemm ebda kwestjoni, is-sidhu liberu li jirrikonoxxi lil minn irid hu bhala l-inkwilin.

L-appellanti jikkontendu li humamhux persuni mharrga fil-ligi u ghalhekk m'ghandiex tinghata tifsira legali lir-ricevuti rilaxxjatiminnhom. Dan l-argument mhux sostenibbli. Fl-ewwel lok, l-injoranza tal-ligi ma tistax tingieb bhala skusanti. Fit-tieni lok, l-appellanti setghu facilment hadu parir legali qabel ma rrilaxxjaw dawnir-ricevuti. Il-fatt li gew rilaxxjati ir-ricevuti in kwestjoni, u dana ghal periodu ta' zmien piuttost twil, hu ndikattiv li r-rikorrenti kienu qed jirrikonoxxu lill-eredi tal-inkwilin originali bhala l-inkwilini l-godda wara l-mewt tal-inkwilin.

Fit-tielet lok l-aggravju jirreferi ghal fatt li skont ir-rikorrenti l-Bord naqas li jifli u jezamina kemm l-assenjazzjoni jew trasferiment tal-kirja sar. Skont ir-rikorrenti appellati jirrizulta li saru diversi assenjazzjonijiet tal-kirja u l-ewwel qorti naqset li tezaminhom. Jekk saru dawn l-assenjazzjonijiet, dawn saru bejn dawk li kienu rikonoxxuti bhala l-inkwilini mis-sidien u cioe l-eredi tal-inkwilin originali u bejn il-legittima inkwilina li ssubentrat bhala inkwilina wara l-mewt tal-istess inkwilin originali. Ghalhekk tibqa' valida l-konkluzjoni li wasal ghaliha l-ewwel Bord u cioe l-assenjazzjoni ma saritx a favor ta' terzi izda semmai a favor ta' xi hadd li gia kien rikonoxxut mis-sidien bhala l-inkwilin.

Fid-dawl tal-premess, l-ebda aggravju ma jirrizulta gustifikat. Inoltre jirrizulta li d-digrieti appellati u s-sentenza appellata jimmeritaw li jigu konfermati. Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi billi tichad l-appell tar-rikorrenti appellant u konsegwentement id-digrieti appellati u s-sentenza appellata qed tigi konfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info