Reference: 364/1990/1

Judgement Details


Date
24/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
AQUILINA MARY ROSE ET vs PISCOPO ANTONIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PUBLICIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PUBLICIANA, RAPPORT MA` L-ACTIO REI VINDICATORIA - ACTIO PUBLICIANA, TISTA` TIGI EZERCITATA KUMULATTIVAMENT MA` L-ACTIO REI VINDICATORIA - ACTIO REI VINDICATORIA, ELEMENTI TA` - ACTIO REI VINDICATORIA, EZERCIZZJU MINN KOMPROPRJETARJU - ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, META L-KONVENUT JALLEGA TITOLU - ACTIO REI VINDICATORIA, RAPPORT MA` L-ACTIO PUBLICIANA - ENFITEWSI, AKKWIST TA` UTILI DOMINJU PERMEZZ TAL-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, AKKWIST TA` UTILI DOMINJU PERMEZZ TA` - PROVA, PROBATIO DIABOLICA
Summary
Fl-istat tal-komunjoni (jekk tezisti) il-kondomini ghandhom fuq il-haga 'jus in toto et in qualibetparte', u dak id-dritt jolqot il-haga kollha kemm hi u kull parti minnha, b'mod illi kull wiehed mill-komproprjetarji jista' jinghad li ghandu l-proprjeta` fil-haga kollha u f'kull parti minnha. In bazi ghal dan il-principju, kull wiehed mill-komproprjetarji ghandu d-dritt li jezercita l-azzjoni rivendikatorja, sahansitra jekk il-kwota tieghu tkun icerta; u jista' jezercitaha minghajr il-konkors tal-komproprjetarji l-ohra, u sahansitra kontra l-volonta` taghhom.

F'azzjoni rei vindicatoriahuwa d-dmir taghhom li jippruvaw it-titolu taghhom u, bhala principju generali, din il-prova jridujaghmluha billi juru titolu originali. Dan it-titolu ghandu jirrizulta jew minn kuntratt ta' akkwistminghand il-proprjetarju originali ta' l-art jew minn pussess legittimu ghaz-zmien kollu mehtieg bil-ligi ghall-akkwist tal-proprjeta`. Peress li l-ewwel prova (kuntratt ta' akkwist minghand is-sid originali) hija kwazi impossibbli li tigi prodotta, min jirreklama proprjeta` jkollu jibbaza l-pretensjoni tieghu fuq l-usucapione, cioe`, il-pussess animo domini ghal tletin sena.

Inoltre, metal-konvenut ma jistriehx fuq il-pussess tieghu, izda jirreklama hu wkoll titolu ta' proprjeta` fuq l-istess art, gie permess, u dan anke fid-dritt Ruman, li l-ezami ma jkunx bazat fuq prova certa tat-titolu ta' l-attur, izda fuq wiehed komparattiv tat-titoli rispettivi tal-kontendenti. F'dan il-kaz,il-gudizzju ma jkunx wiehed ta' effett erga omnes bazat fuq prova certa tat-titolu ta' l-attur, izda inter partes, bazat fuq studju komparattiv tal-pretensjonijiet tal-partijiet.

Il-principjuli min ghandu titolu ahjar jirbah il-kawza, minghajr htiega li dak li jkun jipprova titolu assolut,illum tinsab assodata fid-duttrina.

Din it-teorija tal-prova migliore ghandha l-bazi taghha fid-Dritt Ruman, u kienet tissejjah l-actio Publiciana. Li din l-azzjoni ghadha tezisti fid-dritt malti jirrizulta mill-gurisprudenza.

Darba li l-attur jipprova t-titolu tieghu, spetta lill-konvenut jipprova xi titolu ahjar. Fl-azzjoni rivendikatorja, l-piz tal-provi tal-proprjeta' jinkombifuq l-attur. Imma ladarba dan jissodisfa dak il-piz billi juri t-titolu tieghu, jkun jinkombi lill-konvenut li jikkontrapponi, permezz ta' provi cari, univoci u indubbi, t-titolu proprju. Jekk l-istess citat jaghzel spontaneament li ghall-azzjoni attrici jeccepixxi dritt ta' proprjeta', huwa jkunqieghed implicitament jirrikonoxxi d-dominju jew titolu tal-attur, izda jkun qieghed ighid illi t-titolu tieghu huwa aktar validu u kwindi skond ir-regoli probatorji 'reus in excipiendo fit actor', din id-difiza timporta li l-konvenut ighaddi ghall-provi at-titolu tieghu, u jekk ma jirnexxix fil-meritu, jkollha tipprevali l-massima 'melius est non habere titulum quam habere vitiosum'.

Metal-konvenut f'azzjoni rivendikatorja ma jiddefendix ruhu bil-pussess imma billi jinvoka favur tieghutitolu fuq il-haga rivendikata jsir impellenti ghall-Qorti li tezamina t-titolu pretiz mill-konvenut. U jekk il-konvenut ma jirnexxilux jipprova t-titolu minnu allegat u jibqa' sokkombenti f'din il-prova, huwa prekluz milli jinvoka favur tieghu l-pussess.'

L-akkwist tal-utili dominju bil-preskrizzjoni hu ammess mill-awturi u l-gurisprudenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info