Reference: 616/2001/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PERCIUS CAR HIRE LIMITED vs SCHEMBRI RICHARD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, LOSS OF USE - DANNI, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - DANNI, SKOP TA` AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA`
Summary
Hu minnu illi di regola d-danneggjat ghandu d-dover li jaghmel dak kollu li hu ragjonevoli biex inaqqas il-hsara konsegwenti ghall-fatt illecitu, b'mod li jista' jigi eskluz, fil-kazijiet kongruwi, mir-risarciment ta' dik il-parti tad-danni dovuta ghan-nuqqas tieghu li jiehu dawk il-passi. Jibqa' dejjem il-fatt pero` illi huwa ma huwiex obbligat jitghabba b'pizijiet biex inaqqas il-hsara.

Tinsorgi ghalhekk regola ohra daqstant iehor importanti f'materja ta' danni fil-kollizjonijiet stradali. Din ir-regola tikkonferixxi lid-danneggjat id-dritt tar-"restitutio in integrum" b'mod li jirreintegra l-patrimonju tieghu minn kull konsegwenza ekonomika tal-event dannuz. Taht dan l-aspett ghalhekk id-danneggjat ghandu dritt jircievi dik is-somma ghaz-zmien li jkun dam privat mill-uzu tal-karozza sakemm din issewwiet.

Hawnhekk qamet kwistjoni dwar danni konsegwenti ghal loss of useta' vettura wara kollizjoni.

Il-Qorti irriteniet li mill-provi akkwiziti mill-process ma ngiebet l-ebda prova illi l-car damet biex tigi riparata minhabba htija tas-socjeta` attrici. Lanqas ma ngiebet prova illi l-appellant issostanzja l-aggravju tieghu f'dan il-kuntest. Fl-assenza ta' prova illi kien it-tort tas-socjeta` attrici li damu biex gew l-ispare parts jew biex tissewwa l-vettura l-ilment ta' l-appellant ma setghax jigi milqugh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info