Reference: 29/2002/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GAUCI JOSEPH vs KERKOUB CATHERINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI FAVUR OKKUPANT LI MA JIKKWALIFIKAX BHALA MEMBRU TAL-FAMILJA TA` INKWILIN LI JKUN MIET
Summary
Il-gurisprudenza tal-Qrati taghna hi f'certu sens konkordi filli tirritjeni illi t-tribunal kompetenti biex jiehdu konjizzjoni ta' kwestjonijiet li jirrigwardaw jekk persuna konvenuta ghandiex jew letitolu biex tiddetjeni l-fond huma l-Qrati ordinarji. Dan anke fejn si tratta ta' kontestazzjoni tat-titolu ghall-lokazzjoni.

Il-Bord tal-Kera huwa kompetenti biex jiehu konjizzjoni ta' talbaghar-ripresa tal-pussess tal-fond fil-kaz li bejn il-partijiet ikun hemm rapport ta' lokazzjoni; fejn it-talba mhiex bazata fuq il-fatt tal-lokazzjoni u ghal xi wahda mir-ragunijiet li skond il-ligitista' timpedixxi r-rilokazzjoni l-Bord ma kienx kompetenti biex jiehu konjizzjoni tat-talba biex jigi awtorizzat jiehu taht idejh il-porzjoni tad-dar f'gheluq il-lokazzjoni taghha.

Minn naha l-ohra una volta l-Qorti ordinarja tasal ghal konkluzjoni li l-konvenut ghandu titolu ta' lokazzjoni,allura ma titqiesx izjed kompetenti.

Tkun petizzjoni ta' principju li jinghad illi, ghaliexskond l-Art 1572 tal-Kodici Civili l-kiri ma jinhallx bil-mewt tal-kerrej, "ergo" l-eredi ghandhom il-beneficcju koncessi mil-ligi specjali. Iz-zewg ligijiet qeghdin jikkontemplaw sitwazzjonijiet diversi bi skopijiet ghal kollox diversi, u ma jistghux jigu konfuzi flimkien sempliciment ghaliex l-eredi, jew l-eredita` gjacenti tal-kerrej, mal-mewt tieghu jidhol f'loku ghaz-zmien li jkun baqa', u ghal dawk il-finijiet tal-ligi komuni jitqiesu l-kerrejja ghal dak iz-zmien. Dan ma jfisserx illi kwindi huma ghandhom ukoll jitqiesu kerrejja ghall-finijiet tar-rilokazzjoni taht il-ligi specjali. Jekk dan jigrix jew le jiddependi esklusivament minn xi tghid u x'riedet tghid l-istess ligi specjali.

Li kieku l-kompetenza tal-qorti ordinarja kienet tarresta ruhha una volta biss li jkun determinat, fil-kaz ta' eredi, illi dan jissubentra fid-dritt tal-inkwilinat li jkun miexi bil-mod kif regolat bil-Kodici Civili, s-sid imbaghad ma kienx ikollu ghalfejn jadixxi lill-Bord billi dan seta'bis-sahha tal-Artikolu 1568 jimpedixxi r-rilokazzjoni billi jaghti semplici kongedo. Jekk dan ma jaghmlux u jaghlaq iz-zmien korrenti il-gurisprudenza hi fis-sens illi jekk il-persuna subentrata tkunbaqghet fil-godiment tal-fond, issir favur taghha r-rilokazzjoni, li tohloq bejnha u s-sid rapportdirett ta' inkwilinat. Hi allura titqies inkwilina "jure proprio" u bhala tali tidhol taht il-protezzjoni kollha tal-Ordinanza.

It-tribunal specjali ghandu kompetenza limitata. Ghandu biss is-setgha li jara ghandux jaghti permess lil sid il-kera (f'dak il-kaz ta' raba) li jrid jibdel il-kondizzjonijiet tal-kiri jew irid illi ma jgeddidx il-kiri favur kerrej meta jintemm. Dan ma jfisserxilli kull meta tissemma l-kelma "kera" l-qrati ta' gurisdizzjoni ordinarja jitilfu l-kompetenza. Jekk ghad-determinazzjoni tal-kwistjoni quddiem qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja ikun mehtieg illi qabel xejn tinghata twegiba ghall-kwistjoni incidentali jekk il-konvenut huwiex kerrej jew le, il-qorti ghandha wkoll is-setgha li taqta' dik il-kwistjoni incidentali. Mhux korrett li jinghad li l-interpretazzjoni tal-ligi specjali jista' jaghtiha biss it-tribunal specjali mwaqqaf taht dik il-ligi; is-setgha tal-qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja tieqaf biss meta l-kwistjoni tkun dwar jekk sid il-kera jistax jibdel il-kondizzjonijiet tal-kiri jew jistax ma jgeddidx il-kiri favur "kerrej" meta jintemm.

Fil-ligi specjali (Kap 69) mkien ma nsibu stipulat illi biex persuna, kerrejja taht il-ligi komuni, titqies ukoll kerrejja taht il-ligi specjali, l-proceduri fir-rigward ghandhom jigu promossi quddiem il-Bord jew li kien dan it-tribunal li kellu s-setgha jinvesti kwestjoni biex jigi determinat, kif qed jintalab, illi l-intimata ma kenitx tikkwalifika bhala inkwilina a norma tal-Kap 69.

Biex jigi ezaminat il-punt jekk l-intimata kienetx kontinwatrici tal-personalita` guridika tal-mejjet u kelliex allura d-dritt ghar-rilokazzjoni tal-fond din il-materja kellha tkun investita uepurata mill-qorti ordinarja anke bl-appozitu ezami tad-definizzjoni tal-kelma "kerrej" taht il-Kap69. Dan kellu, dejjem fil-fehma tal-Qorti, ikun ir-rizultat prattiku tal-vertenza u li, wara kollox kien ikun konsistenti mal-principju assodat, rakkolt kif fuq manifest f'gurisprudenza affermata, bhala proposizzjoni sensata ta' ligi.

Dan ma jfissirx illi l-Bord huwa prekluz milli jirrizolvi kwestjonijiet ta' dritt li jinqalghu fil-kompetenza tieghu fil-kors ta' kawza quddiemu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info