Referenza: 120/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
LEGEND REAL ESTATE LIMITED vs RON CHETCUTI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI F`ISEM HADDIEHOR - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI RABTA PERSONALI
Fil-Qosor
Hija haga minn lewn id-dinja li bniedem normalment jikkuntratta ghalih innifsu sakemm ma jindikax liqieghed jikkontratta f'isem haddiehor jew jekk dan ma jindikax espressament, il-kontraent l-iehor ikun ragonevolment jaf li jkun qieghed jikkontratta f'isem haddiehor.

Hu dak il-mument li kienrilevanti u kien f'dak il-mument illi min innegozja mas-socjeta` attrici kellu jirrileva b'mod caru univoku illi f'dik il-kuntrattazzjoni ma kienx qieghed jidher f'ismu imma f'isem persuna ohra benidentifikata. Kellu jassigura li dan il-fatt ikun gie sewwa a konoxxenza tas-socjeta` attrici f'dakil-mument ghaliex altrimenti jkun qieghed jassumi personalment ir-responsabilita` ghan-negozju minnu kontrattat u ghall-obbligi li kien jimporta.

Jispetta lill-gudikant li jizen ic-cirkostanzita' kull kaz biex jasal ghall-konvinciment jekk kellux jew le jkun apparenti lill-kontraenti illi xi parti kienet qed tidher in rapprezentanza ta' haddiehor. Certi kazijiet huma ovvji, ohrajn mhux daqstant ovvji. Fejn hemm dubju pero`, wiehed kellu jippresumi illi l-persuna li qed tikkontratta kienet hekk qed taghmel f'isimha proprju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni