Referenza: 92/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
CAUCHI GEORGE vs FARRUGIA ARNOLD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, DIKJARAZZJONI GURAMENTATA TISTA` SSERVI BIEX TICCARAHA - CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, NECESSITA` TA` DIKJARAZZJONI LI L-KONVENUT HUWA DEBITUR - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA
Fil-Qosor
Il-kazijiet li fihom l-eccezzjoni tan-nullita' ta' atti gudizzjarji tista' tinghata huma dawk imsemmija fis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta;

L-erba' (4)cirkostanzi msemmija f'dak l-artikolu huma tassattivi, fis-sens li biex dik l-eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju tirnexxi, trid bilfors taqa' taht il-parametri ta' xi wahda minnhom;

Bis-sahha tal-bidliet li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, l-eccezzjoni ma tirnexxix lanqas (fejnmhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqas jew ksurikunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohra tal-ligi.

Illi l-ligi tipprovdi ukoll liatt gudizzjarju, maghmul bis-sahha ta' att null jew li gej minn att null, ma jiswiex ukoll;

Kif inghad f'ghadd ta' decizjonijiet tal-Qrati taghna, id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta;

Il-ligi, tippreskrivi, fost l-ohrajn, li c-Citazzjoni ghandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba. Dan ifisserukoll li l-premessi ghat-talbiet ghandhom iwasslu lil min qieghed jaqra l-att biex jara rabta bejn dawk il-premessi u t-talbiet. Marbut ma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka tridtinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta' min iharrikha;

Ghal xi zmien, il-forma tal-att gudizzjarju kienet issaltan, imma, biz-zmien u b'interventi tal-legislatur, issawret it-tejorija maghrufa bhala tal-ekwipollenti li nisslet il-principjuli m'hijiex mehtiega ebda ghamla espressa ghall-proposizzjoni tal-azzjoni ;

Illum il-gurnatajista' jinghad li l-fehma l-izjed segwita mill-Qrati taghna hija li citazzjoni m'ghandhiex titwaqqa' ghajr ghal ragunijiet gravi. Madankollu, jekk in-nuqqas ta' kjarezza jkun ta' ghamla u kwalita'tali li jcahhad b'mod serju lill-imharrek mid-difiza tieghu, ic-Citazzjoni ghandha tigi mwaqqgha;

Dwar l-element ta' kjarezza fl-Att tac-Citazzjoni, l-ligi ma tinsistix fuq formola preciza jewkliem partikolari, u sakemm it-talba tkun tista' tinftiehem, ma jimpurtax jekk il-kawzali jkunu mfissra b'mod xott jew sahansitra mifhuma jew implikati mit-talba nnifisha;

Fejn ma jkunx hemmkontradizzjoni ghall-ahhar bejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom, il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta' Citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'mod tali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta' min harrikha u li tali tifsila ma tkunx ta' hsara ghall-imharrek milli jiddefendi lilu nnifsu mit-talba tal-attur;

Hu necessarju illi jkun jirrizulta rapport ta' konnessjoni ragonevolment identifikabbli bejn il-premessi migjubin bhala l-kawza tat-talba u t-talba stess kif diretta kontra l-konvenut";

Illi huwa wkoll mizmum bhala principju generali li n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att li bih ikunu nbdew il-proceduri. Normalment, b'dan wiehed jifhem li dak li kellu f'mohhu min ikun fetah il-kawza jkun irid jirrizulta mill-att tac-Citazzjoni innifsu u mhux minn provi li jitressqu izjed 'il quddiem fil-kawza, u ghalkemm id-dikjarazzjoni mahlufa hija mehtiega ad validitatem biex ic-Citazzjoni tkun tiswa, dak li jinghad fl-istess dikjarazzjoni ma jiswa qatt biex jirrimedja dak li jista' jkun nuqqas fl-Att tac-Citazzjoni, ghalkemm jista' jitfa' dawl fuq il-kawzali u jiccaraha. B'dan il-mod, jekk id-difett fit-tfassila tal-att li bih tkun inbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka, allural-procedura tkun tista' tigi salvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet;

Wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li n-nullita' tal-atti gudizzjarji hija sanzjonieccezzjonali u, fil-kaz ta' att ta' Citazzjoni, tali nullita' tkun imputabbli ghal difett ta' formaaktar milli ta' sustanza, liema difett ma jkunx jista' jigi tollerat minghajr hsara ghal xi principju ta' gustizzja procedurali. Issa, fil-kaz tal-lum, id-difett lamentat mill-kumpannija mharrka huwan-nuqqas ta' talba li hija tqis li kienet mehtiega biex l-attur jista' jikseb ir-rimedju minnu mitlub;

Id-dikjarazzjonijiet li minn zmien ghal zmien ikunu mehtiega biex l-attur jasal ghal xi wahda mit-talbiet tieghu, m'hemmx bzonn li jsiru fic-Citazzjoni fil-forma ta' talba;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni