Reference: 2501/1999/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BONELLO ALEXANDER NOE vs PHOENIX CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI TAL-ECCEZZJONI INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI - KUNTRATT, INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA
Summary
F'materja ta' kuntratti, il-ligi taghmilha cara li fejn persuna ma twettaqx obbligazzjoni li biha ntrabtet li taghmel xi haga, il-kreditur taghha jista'jigi moghti s-setgha li jiehu hsieb iwettaqha hubi spejjez tad-debitur. Tghid ukoll li min jonqos li jwettaq obbligazzjoni li ntrabat biha, obbligat ihallas id-danni, li ghandhom jaghmlu tajjeb ghat-telf li l-persuna l-ohra tkun garrbet u l-qlighli tkun tilfet. Jekk in-nuqqas ta' twettiq kien kagunat minn ghamil doluz tad-debitur, ghat-telf ta' qligh ghandhom jiddahhlu biss dawk id-danni mgarrbin mill-parti kreditrici li jkunu l-effett immedjat u dirett tan-nuqqas ta' twettiq tal-obbligazzjoni

Madankollu, biex jinghata lok ghall-eccezzjoni tan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligazzjoni (exceptio inadimpleti contractus) jehtieg l-ewwelnett li jkun hemm rabtiet jew obbligazzjonijiet bejn iz-zewg partijiet imnisslin mill-istess rapportsinallagmatiku. Minbarra dan, jehtieg li l-gudikant ikun soddisfatt li hemm proporzjon bejn l-inadempjenza li biha l-kreditur ikun mixli u dik rifjutata mid-debitur tal-obbligazzjoni. Fuq kollox,in-nuqqas ta' twettiq tal-obbligazzjoni jrid ikun jahti ghaliha l-kreditur tal-obbligazzjoni nnifsuu tkun ta' certa gravita'.

Meta n-nuqqasijiet fit-twettiq ta' hatra ma jkunux sostanzjali, l-appaltatur ma jistax jitqies inadempjenti, imma jibqa' obbligat li jaghmel tajjeb in-nuqqas jew jaccetta tnaqqis f'dak li jisthoqqlu jithallas. Gie wkoll stabilit li, f'kaz ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligazzjoni, il-kreditur tal-obbligazzjoni jista' jaghzel jew li jitlob li l-obbligazzjoni titwettaq, ukoll kontra r-rieda tad-debitur, jew inkella li jitlob li jithallas ghad-danni li jkun garrabminhabba n-nuqqas ta' twettiq.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info