Reference: 182/2000/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs GRIMA ADRIAN PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, DIKJARAZZJONI GURAMENTATA TISTA` SSERVI BIEX TICCARAHA - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, INOSSERVANZA TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ORDNI TAL-QORTI MA JISTGHAX JIGI INJORAT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, PROCEDURI JINBDEW MIR-REGISTRATUR TAL-QORTI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, RATIO TA` L-ISTITUT
Summary
Dwar x'jikkostitwixxi tifsir car u sewwa fil-kaz ta' att tac-Citazzjoni, l-ligi tippreskrivi, fost l-ohrajn, li c-Citazzjoni ghandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba. Dan ifisser ukoll li l-premessi ghat-talbiet ghandhom iwasslu lil min qieghed jaqra l-att biex jara rabtabejn dawk il-premessi u t-talbiet. Marbut ma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka trid tinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta'min iharrikha.

Huwa sewwasew dwar din id-dispozizzjoni li wiehed isib ghadd ta' decizjonijiet tal-Qrati taghna li jfissru l-limiti taghha fid-dawl tal-eccezzjoni tan-nullita' tal-Att tac-Citazzjoni minhabba n-nuqqas ta' harsien tal-ligi. Hafna minn dawn id-decizjonijiet inghataw minhabba lijkun gie allegat li t-talba kienet incerta, x'aktarx sintesi ta' jeddijiet li kull wiehed minnhom jaghti lok ghal azzjoni distinta u separata. Ghal xi zmien, il-forma tal-att gudizzjarju kienet issaltan, imma, biz-zmien u b'interventi tal-legislatur, issawret it-tejorija maghrufa bhala tal-ekwipollenti li nisslet il-principju li m'hijiex mehtiega ebda ghamla espressa ghall-proposizzjoni tal-azzjoni.

Ghalhekk, citazzjoni m'ghandhiex tigi mwaqqgha ghajr ghal ragunijiet gravi. Madankollu, jekk in-nuqqas ta' kjarezza jkun ta' ghamla u kwalita' tali li jcahhad b'mod serju lill-imharrek mid-difiza tieghu, ic-citazzjoni ghandha tigi mwaqqgha;

Dwar l-element ta' kjarezza fl-Att tac-Citazzjoni, l-ligi ma tinsistix fuq formola preciza jew kliem partikolari, u sakemm it-talba tkun tista' tinftiehem, ma jimpurtax jekk il-kawzali tkunx imfissra b'mod xott jew sahansitra mifhuma jewimplikata mit-talba nnifisha;

Inghad ukoll li fejn ma jkunx hemm kontradizzjoni ghall-ahharbejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom, il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta' Citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'mod tali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta'min harrikha u li tali tifsila ma tkunx ta' hsara ghall-imharrek li jiddefendi lilu nnifsu mit-talba tal-attur;

Huwa wkoll mizmum bhala principju generali li n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att li bih ikunu nbdew il-proceduri. Normalment, b'dan wiehed jifhem li dak li kellu f'mohhu min ikun fetah il-kawza jkun irid jirrizulta mill-att tac-Citazzjoni innifsu u mhux minn provi li jitressqu izjed 'il quddiem fil-kawza, u ghalkemm id-dikjarazzjoni mahlufa hija mehtiega ad validitatem biex ic-Citazzjoni tkun tiswa, dak li jinghad fl-istess dikjarazzjoni ma jiswa qatt biex jirrimedja dak li jista' jkun nuqqas fl-Att tac-Citazzjoni, ghalkemm jista' jitfa' dawl fuq il-kawzali u jiccaraha. B'dan il-mod, jekk id-difett fit-tfassila tal-att li bih tkuninbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka, allura l-procedura tkun tista' tigisalvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet;

Il-procediment tad-disprezz m'huwiex rimedju ghall-persuna li tkun talbet it-tehid tieghu, imma sanzjoni kontra min ikun gab b'idejh u b'ghemilu (jew bl-omissjoni tieghu, skond il-kaz) ksur ta' ordni moghtija lilu. L-attur f'din il-kawza (u bil-procedura illi tfasslet ghal dan il-ghan fl-1995) qieghed huwa nnifsu jesegwixxi ordni moghtija lilu minn Qorti kompetenti biex jibda dawn il-proceduri. L-attur m'ghandu x'jirbah xejn b'tali proceduri ghajr li jizgura li tigi mharsa l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja;

Fil-kaz ta' allegat ksur ta' ordni moghti fil-hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni, wiehedisib dispozizzjoni espressa tal-ligi li tghid x'ghamla ta' sanzjoni jwassal mieghu l-ksur ta' ordnibhal dik. Izda dik is-sanzjoni taghti rimedju lill-parti li favur taghha jkun inhareg il-Mandat, ughalhekk kull allegat ksur ta' dik l-ordni taghti lok ukoll ghat-tmexxija 'l quddiem ta' proceduri kif mahsuba fit-Titolu XVII tal-Kap 12. Min-naha l-ohra, mal-medda tas-snin il-Qrati taghna stabilewminghajr tlaqlieq ta' xejn li min jinsab hati ta' ksur ta' ordni ta' Qorti moghti f'mandat ta' inibizzjoni jsir hati ta' disprezz lejn l-awtorita' taghha ukoll jekk ikun hekk agixxa ghal raguni li wiehed jista' jissimpatizza maghha jew fuq il-fehma li kellu xi jedd jagixxi kif agixxa. Dan il-principju jibqa' japplika wkoll fejn, wara, jirrizulta li l-mandat ta' inibizzjoni nnifsu jkun milqut minn difett li jaghmlu ma jiswiex, u sakemm tali mandat ma jkunx gie mhassar;

M'hemmx dubju li l-procediment ta' disprezz huwa wiehed ta' natura penali, ukoll jekk jiehdu s-sura ta' proceduri civili. Dan igib mieghu illi kull ma tghid il-ligi dwar dan l-istitut ghandu jithares skond il-kelma tal-ligi u l-ispirtu li jhares il-jeddijiet tal-"akkuzat" f'dak kollu li jista' jitqies ta' natura penali. Ghalhekk mhux permess li l-istitut tar-rispett li ghandu jingieb lill-Qorti jitwessa' b'analogija, tixbieh jew tehid minn min ikun ta' inizzjativa li ma hix moghtija lilu mil-ligi. Kien minhabbaf'hekk li l-bidliet fil-ligi procedurali fl-1995 stabilew min ghandu jedd jibda tali proceduri u f'liema cirkostanza, wara zmien twil fejn kien dibattut f'ghadd ta' sentenzi l-problema tal-agent legittimu ta' proceduri bhal dawn;

Il-ligi tfisser min ghandu jibda proceduri ta' disprezz fl-artikolu 1003A tal-Kapitolu 12. F'dak l-artikolu persuna wahda ghandha din is-setgha u dik il-persunam'hijiex individwu privat jew persuna li tallega li nkisrulha l-jeddijiet taghha. Dik il-persuna wahdanija moghtija s-setgha li tibda tali proceduri u li titqies bhala attur fihom hija r-Registraturtal-Qrati. Hemm modi kif persuna li thoss li sar kontra taghha ghamil li jista' jitqies bhala wiehed li jikkwalifika bhala disprezz lejn il-Qorti tigbed l-attenzjoni tar-Registratur biex jibda l-proceduri mehtiega;

Il-process ta' disprezz jimxi indipendentement minn dak civili, u li l-ghanijiet tieghu jmorru lil hinn minn kull kwestjoni, ewlenija jew ancillari, li wiehed jistenna li sejrinikunu meqjusin minn Qorti jew tribunal investit bis-smigh tal-process civili;

In-natura tal-azzjoni ghal disprezz m'hijiex l-istess bhal dik ta' kawza civili "ordinarja", u dan ghaliex huwa accettat li l-azzjoni ghad-disprezz ghandha minn azzjoni penali. Ix-xehta u d-dehra ta' procediment civili m'ghandux ixejjen dan il-fatt. Ladarba dan huwa l-kaz, ir-regoli li jharsu tali procediment ghandhom iharsu wkoll il-htigiet ewlenin marbuta mal-procediment penali, l-izjed fejn jidhol il-harsien tal-jeddijiet tal-parti akkuzata;

Madankollu, lanqas fid-dispozizzjonijiet tal-Kodici Kriminali ma jinghad li c-citazzjoni ghandha ssemmi l-artikolu/i tal-ligi li tahtu jew tahthom tohrog l-akkuza. Nuqqas bhal dan ma jgibx in-nullita' tac-citazzjoni u lanqas tal-procediment mehud tahtha.Fuq kollox, meta l-istess Kodici Kriminali jitkellem dwar il-qima li jmissha tingieb lill-Qorti (Kriminali), dan jaghmel riferenza ghad-dispozizzjonijiet relattivi tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili dwar id-Disprezz;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info