Reference: 380/2001/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GRECH PAUL ET vs GRECH LAWRENCE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DEPREZZAMENT - DIVIZJONI, KONSIDERAZZJONIJIET TA` PPJANAR - DIVIZJONI, LICITAZZJONI RIMEDJU STRAORDINARJU - DIVIZJONI, MHUX NECESSARJU LI SSIR TALBA AD HOC GHALL-LICITAZZJONI - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI - PROVA, META HUWA MEHTIEG PERIT TEKNIKU - PROVA, META RAPPORT PERITALI JISTA` JIGI SKARTAT - PROVA, RAPPORT PERITALI
Summary
Bil-ligi u b'harsien tal-massima dictum expertorum numquam transit in rem judicatam, il-Qorti mhix marbuta li taccetta l-konkluzjonijiet tar-rapport tal-perit mahtur minnha kontra l-konvinciment taghha nfisha. Imma l-fehmiet ta' perit mahtur minn qorti u maghmula f'rapport imressaq minnu m'humiex semplicement opinjonijiet izda jikkostitwixxu prova ta' fatt, specjalment f'oqsma fejn il-hatra tkundwar hwejjeg teknici. Fehmiet bhal dawk m'ghandhomx, l-aktar fejn parti ma tkunx irrikorriet ghall-hatra ta' periti addizzjonali, tigi mwarrba kif gieb u lahaq, sakemm ma jkunx jidher soddisfacentement li tali fehmiet huma, fil-kumpless kollu tac-cirkostanzi, irragonevoli;

Dan ifisser li huwamholli fid-dehen u d-diskrezzjoni tal-Qorti li tqis jekk il-gid mizmum in komuni jistax jinqasam minghajr xkiel u hsara, skond kriterji stabiliti fid-dritt, kif sejjer jintwera aktar 'il quddiem;

Il-ligi thares il-kwestjoni tal-bejgh b'licitazzjoni kemm fil-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kapitolu 12) u kif ukoll fil-Kodici Civili (Kapitolu 16), bid-differenza ewlenija bejniethom tikkonsisti filli f'tal-ewwel il-bejgh jintalab minn kreditur ta' sid il-post li jkun ser jinbiegh b'irkant taht l-awtorita' tal-Qorti, filwaqt li f'tat-tieni l-bejgh jitnissel mir-rieda li xihadd minn ghadd ta' sidien li ma jridx jibqa' izjed fi shab mas-sidien l-ohrajn;

Ghalkemm il-bejgh f'licitazzjoni ta' gid immobbli jista' jsir bil-mod li jaqblu dwaru s-sidien kollha, jekk kemm-il darba jsir b'ordni tal-Qorti f'sentenza jew ghax ma jkunx hemm fehma wahda bejn is-sidien kollha,l-ghazla ta' liema procedura ghandha tigi segwita hija mhollija f'idejn il-Qorti, li tista' tordnali l-partijiet isegwu process li jixbah lil dak imfassal mil-ligi ghall-bejgh fl-irkant bil-qorti;

Hija ghazla ta' kull wiehed li ghandu sehem f'gid immobbli li sejjer jinbiegh b'irkant taht is-setgha tal-qorti, zghir kemm hu zghir sehemu mill-istess gid, li jitlob li fl-irkant il-barranin jigu mistiedna joffru wkoll. Il-bejgh f'licitazzjoni ta' gid li thalla jitgawda b'uzufrutt, jista' jintalab ukoll minn uzufruttwarju ;

It-talba sabiex gid immobbli mizmum minn ghadd ta' sidien jinbiegh b'licitazzjoni, trid titqies fid-dawl tal-principji ewlenin li jsawru l-istitut tal-ligi lititkellem dwar gid komuni. Fost dawn il-principji hemm dak li kull wiehed mis-sidien ta' haga komuni ghandu l-jedd li jiehu s-sehem tieghu tal-gid in natura, u l-principju l-iehor li hadd ma jista'jigi mgieghel jibqa' jzomm haga flimkien ma' haddiehor. Ghalhekk, meta ssir il-qasma, r-regola hijali kull wiehed mis-sidien jiehu (skond is-sehem tieghu) bizzejjed mill-gid komuni fil-kwalita' li dak il-gid ikollu fil-waqt tal-qasma. Dan igib mieghu l-effett li l-licitazzjoni hija l-eccezzjoni ghar-regola, u tikkwalifika bhala rimedju straordinarju fil-konfront tar-rimedju ordinarju tal-qasmain natura. Kemm hu hekk, l-artikolu 515 tal-Kap 16 ifisser f'liema cirkostanzi ghandha ssir;

Huwa possibbli li ssir il-qasma in natura wkoll fejn l-ishma ma jkunux daqsinsew. Madankollu, jekkbiex jitharsu l-principji fuq imsemmija l-qasma tal-hwejjeg komuni tkun qeghda ssir biss fid-dieheru tkun mghobbija b'soluzzjonijiet imgebbda, bhal, per ezempju, ekwiparazzjonijiet qawwija, f'dan il-kaz ikun ghaqli li ssir il-licitazzjoni u tkun qeghda tithares il-ligi fil-kelma u l-ispirtu taghhajekk l-eccezzjoni teghleb lill-principju. Daqstant iehor irid jinghad li l-ligi ma tridx li, biexissir il-qasma, min ikun jifred il-fondi fi bcejjec jew johloq fuqhom servitujiet. F'kaz bhal dan,jidher xieraq li ssir il-licitazzjoni;

Huwa mghallem ukoll f'dan il-qasam li ma tistax issiril-licitazzjoni ta' gid immobbiljari wiehed jekk is-sidien ikunu jzommu bejniethom gid komuni iehor.M'huwiex imholli lis-sidien komuni li jwettqu process spezzettat tal-qasma ta' gidhom komuni, bhalma lanqas huwa moghti (ghaliex intempestiva) li ssir talba ghal-licitazzjoni ta' post li jaghmel bicca minn wirt li ghadu ma giex likwidat;

Ghandu jibqa' dejjem meqjus li l-licitazzjoni ssir inevitabbli biss fejn il-gid komuni ma jkunx jista' jinqasam minghajr xkiel jew fejn ikun hemm xi gidli l-ebda wahda mill-partijiet ma tkun tista' jew tkun trid tiehu ghandha. Fuq kollox, il-fondi lijistghu jinbieghu b'licitazzjoni jridu jkunu tassew ma jistghux jinqasmu bla xkiel min-natura u l-bixra taghhom, u mhux ghaliex imqeghda f'dak l-istat minhabba xi twahhid artificjali jew bidliet strutturali li jisnaturaw l-istess fondi;

Inghad li l-kliem "bla xkiel" fil-ligi jfissru bhala "minghajr ma ssir hsara lill-interessi ta' dawk li qeghdin jaqsmu", filwaqt li "bla hsara" jfissru "minghajr ma jkun hemm tnaqqis fil-valur tal-gid bil-qasma tieghu". L-applikazzjoni ta' tali kriterjif'dan ir-rigward huma hija wahda ta' fatt. Il-kwestjoni ghalhekk dwar jekk ghandhiex tigi ordnata l-licitazzjoni bhala mezz estrem biex wiehed johrog mill-komunjoni, minflok ir-rimedju ordinarju tad-divizjoni, tirriduci ruhha f'jekk il-qasma materjali hijiex possibbli fil-limiti hawn fuq imfissra;

Huwa accettat ukoll li t-talba ghall-qasma timplika fiha wkoll talba ghal-licitazzjoni metajohrog li l-gid komuni ma jistax jinqasam minghajr xkiel u hsara. B'mod partikolari, l-Qorti ghandha s-setgha li tordna l-licitazzjoni meta tkun intalbet il-qasma, kif ukoll tista' tordna l-qasma minkejja tkun intalbet il-licitazzjoni, u dan ghaliex il-licitazzjoni m'hijiex ghajr modus divisionis;

Hawnhekk wiehed mill-kriterji uzati mill-Qorti fil-valutazzjoni li l-art in kwistjoni ma kienetx komodament divizibbli kien li x'aktarx ma kienx ser jinhareg permess ghall-izvilupp fuq l-artijiet rizultanti mid-divizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info