Referenza: 771/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
ZAMMIT JOSEPH vs DINGLI CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, PROVI FOLOZ
Fil-Qosor
Ir-ritrattazzjoni kontemplata fis-sub inciz (j) tal-Artikolu 811 tal-Kap.12 tista' tintalab r-ritrattazzjoni ta' kawza meta s-sentenza tkun giet deciza fuq provi li, b' sentenza ohra sussegwenti, gewdikjarati foloz. Illi ghalhekk sabiex tissusti din ir-raguni legali, huwa necessarju li jikkonkorrus-segwenti elementi:

1. Il-provi li fuqhom tkun giet deciza il-kawza originali;
2. Il-falsita' ta' dawn il-provi; u
3. Sentenza sussegwenti li tiddikjara il-falsita' ta' dawn l-istess provi.

Illi in propositu huma opportuni s-segwenti osservazzjonijiet:

1. Illi l-kelma "falz" tfisser, fis-sinifikat estiz taghha, kwalunkwe soppressjoni, mutazzjoni, jew alterazzjoni tal-veru ottuenti bi kwalsiasi mezz. Inoltre fil-kamp civili - b' differenza minn dak penali fejn l-element ogettiv irid ikun akkompjat ma' l-element soggettiv - il-falz civil huwa kunsidrat biss mill-punto di vista ta' l-element oggettiv tieghu, stante li fid-dritt civili m' ghandux l-iskop li jigi traccjat reat, izda "si preoccupa soltanto di respingere un mezzo che nuoce alla scoperta del vero e chepuo' indurre il-giudice a ritenere, in tutta buona fede la falsita' in luogo della verita"

2. Illi hu assodat fil-gurisprudenza lokali li biex tissusisti raguni valida ghal ritrattatazzjoni ta' kawza fuq il-motiv ta' falsita' ta' provi jehtieg li l-pretiza falsita' ma setghetx tigi oppostafil-gudizzju li tieghu l-parti nteressata tkun trid titlob ir-ritrazzjoni. Il-gudikat ma jistax jigidisturbat, anqas bir-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni bid-deduzzjoni ta' mezzi ta' difiza mhux dedotti fl-ewwel gudizzju ghalhekk m'hemmx lok ghar-ritrattazzjoni meta jkun hemm ommissjoni jewinsufficenza ta' difiza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni