Reference: 562/2000/1

Judgement Details


Date
15/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
ZAHRA EMANUEL vs VASSALLO PATRICK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, MULTIPLIER - WORKING LIFE EXPECTANCY GHANDU DEJJEM JITNAQQAS SABIEX JAGHMEL TAJJEB GHAC-C CHANGES AND CHANCES OF LIFE - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - PEDESTRIANS - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, INCIDENT BEJN VETTURA U PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, PROPER LOOKOUT
Summary
In tema legali l-Qorti tosserva li huwa l-obbligu ta' kull sewwieq li fis-sewqan tieghu jzomm a proper look out. Dan l-obbligu huwa korollari ghal-princiju li sewwieq ghandu l-oneru li fis-sewqan tieghu juza dik id-diligenza mistennija minn bonus pater familias u li hija ragjonevoli tenut kont tac-cirkotanzi: bhal ma huma l-konfigurazzjoni tat-triq, il-frekwenza tat-traffiku, id-dawl, il-vizwaliu cirkostanzi partikolari ohra li jistghu jirrikjedu grad ta' attenzjoni gholi mis-sewwieq.

Tnejn huma l-principji generalment akkolti fid-duttrina u fil-gurisprudenza estera u lokali, in materja ta' incident ta' traffiku stradali, li ghandhom jirregolaw l-investiment ta' vetturi, jigifieri:(a) hu obbligu ta' kull sewwieq li jirregola s-sewqan tieghu skond il-kondizzjonijiet u c-cirkostanzi bhala ma huma l-hin ta' bil-lejl, il-vizwali ostakolata bid-dlam u bix-xita, il-piz tal-vettura,l-istat tal-art u cirkostanzi ohra kontingenti, u (b) hu d-dmir ta' sewwieq li jzomm dak li komunament tissejjah a reasonable look out, liema dmir igib mieghu li s-sewwieq jara dak li jkun ragjonevolment vizibbli."

Reasonable look out ifisser id-dmir li s-sewwieq jara dak li jkun ragjonevolment vizibbli jew ahjar in plain view.

Jekk sewwieq isostni li ma rax il-vettura l-ohra gejja,"din hi auto inkolpazzjoni, ghaliex jekk seta' (kif ic-cirkostanzi stradali juru li seta') u kien imissur rah, u ma rahx, sinjal li ma kienx qieghd attent kif kellu jkun jekk ried izomm a proper lookout".

Izda ghalkemm is-sewwieq ghandu l-obbligi fuq premessi, anke il-pedestrian ghandu certu obbligi li jrid josserva qabel ma jinvadi territorju li mhux tieghu, u cioe' qabel ma jaqsam il-karreggjata. L-utenti tat-triq, u mhux is-sewwieq biss ghandu wkoll l-obbligi tieghu li jrid josserva sabiex ma johloqx periklu lill-utenti l-ohra tat-triq,u fil-fatt irid jipprova li huwa 'used suchcare for his own safety as a reasonably prudent man would exercise under the same circumstances".

Certament sewwieq ma jistax jitqies li kien qed izomm "a proper look out" meta huwa kien qed ihares, ghalkemm ghal ftit sekondi, f' direzzjoni differenti minn dik fejn kienet sejra l-vettura tieghu.

Il-ligi ma taghtix indenniz ghall-inkapacita' ut sic imma ghal inkapacita' in kwantu din tirrifletti telf ta' qligh - telf patrimonjali. Dan it-telf ta' qligh ghandu jikkomprendi wkoll il-potenzjal tal-vittma li jaqla' introitu fil-futur. Il-fatt li persuna dizabbilitata tkun qed tahdem wara l-incident, anke jekk qeda taqla' izjed minn qabel, ma jfissirx li hija ma setghetx issib opportunitajiet ahjar ta' xoghol kieku ma korrietx. Id-dizabilita' necessarjament timplika nuqqas fil-persuna, fil-potenzjal taghha ghax-xoghol, mhux biss mal-employer prezenti izda wkoll ma terzi jewanke jekk tadhem ghal rasha.

F' kull kaz il-kalkolu ta' zmien ta' life expectancy fis-sens ta' aspettattiva ta' hajja lavorativa, kellha tekwivali ghad-differenza bejn l-eta' tal-vittma u l-eta' pensjonabbli wiehed ma jistax jivvizwalizza l-futur, u c-chances and changes tal-hajja huma tant varji li hu difficli ferm li wiehed jistabilixxi kriterji oggettivi li fuqhom kull kaz kellu jigi modellat. Bizzejjed jinghad li l-aspettativa ta' hajja lavorativa utili llum testendi oltre l-eta' pensjonabbli, li mill-banda tfisser li l-vittma ser tibqa' tbati minn debitlita' anke wara dik l-eta' uminn banda tfisser illi l-vittma ser tibqa' tkun f' posizzjoni li tahdem f' xoghol fruttifueru oltre dik l-eta'. Il-grad u x-xorta ta' debilita' jassumu allura importanza determinanti kif taghmel ukoll il-kwalita' ta' xoghol, professjoni u kapacita' lavorativa tieghu."

Din il-materja m'ghandhiex tkun soggetta ghal xi regola rigida, izda ghandha tithalla fid-diskrezzjoni tal-gudikant li jghamel estimu ekwitativ, fic-cirkostanzi tal-kaz, avut rigward ghan-natura tal-menomazzjoni fisika jew intelletwali u l-kondizzjoni tal-parti lesa, kriterji imsemmija fil-ligi stess; u jasal ghal ammont xieraq ghall-kaz b' apprezzament realistiku li jirrikoncilja z-zewg interessi konfliggenti billilid-danneggjat jinghata il-kumpens li jisthoqqlu minghajr mad-debitur jigi aggravat izzejjed. L-aqwa kriterju jibqa' s-sens ta' proporzjon u ta' ekwita' tal-gudikant fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz"

Ghallfinijiet tal-kalkolu ta' l-introjtu l-gross salary huwa relevanti.

Kif gia fuq espost, fil-kalkolu tal-multiplier wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni, mhux il-life expectancy tad-decujus, izda l-hajja lavorativa tieghu, in-natura u s-sahha tieghu - li tista' tvarja minn bniedem ghal bniedem minhahha dawk ic-cirkostanzi li jssejhu the chances and changes of life. Wiehed irid jezamina l-earning capacity tal-individwu, avut rigward tal-mard kif kontro bilanjat mill-istat ta' sahha tad-disgrazjat.. Illi ghalhekk il-multiplier m' ghandux ikun bazat fuq l-aspettattiva tal-hajja in generali tad-danneggjant, izda fuq l-aspettativa lavorativa tieghu u ghandu jiehu in konsiderazzjoni tac-chances and changes of life. "The multiplier is not the product of precise calculation,buyt of estimantion in the light of the facts of the particular case and ot other comparable cases." Izda l-bazi tal-multiplier ghandu jibqa' l-eta' tad-danneggjat dak in-nhar tal-incident, u mhux fiz-zmien tal-likwidazzjon tad-danni mill-Qorti, ghar-raguni li l-Qorti ghandha tfittex li tqieghed lid-danneggjat kemm jista' jkun fl-istat li kien qabel l-incident.

Fil-kaz in disamina rrizulta li fiz-zmien tal-incident l-attur danneggjat kellu erba u hamsin sena [54] u ghalhekk circa sebasnin il-boghod mill-eta' pensjonabbli. F' dan il-kaz, il-Qorti, applikat multiplier ta' seba [7] snin.

Ir-ratio tar-riduzzjoni ghal lump sum payment hija l-pagament anticipat tal-kapital. Dinil-bazi legali tibda tiddghajjef progressivament mat-trapass taz-zmien bejn id-data ta' l-incident ud-data tas-sentenza, fis-sens li aktar ma jkun twil dan il-perijodu, aktar tonqos ir-raguni ghal tali deduzzjoni. "Jekk xejn ghaliex it-trapass taz-zmien ma kellux jillimita favur il-persuna tenuta responsabbli ghall-incident kontra l-vittma li sofriet d-danni".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info