Reference: 6/1994/2

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
VELLA JOSEPH vs AZZOPARDI FRANCESCO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KERA - RIPRESA TAL-PUSSESS TA FOND
Summary
It-talbiet tar-rikorrenti jirreferu ghar-ripresa tal-fond 23 Sqaq Bistra Mosta, mikri lill-intimatiFrancesco u John ahwa Azzopardi bil-kera ta' ghoxrin lira (Lm20) fis-sena. Dawn it-talbiet huma bbazati fuq il-kawzali ta' hafna hsara, nuqqas ta' manutenzjoni kif ukoll uzu divers.

Bl-imsemmija sentenza tieghu tat-3 ta' April 2001 il-Bord li Jirregola l-Kera ddecieda li kienu rrizultaw hsarat konsiderevoli kif ukoll nuqqas ta' osservanza tal-kundizzjonijiet tal-kirja da parti tal-intimatiu ghalhekk l-istess Bord laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizzah jirriprendi il-pussess tal-fond 23, Sqaq Bistra l-Mosta. Bl-istess sentenza ghall-fini tal-izgumbrament gie prefiss it-terminu ta' tlett (3) xhur mid-data tal-istess sentenza.

L-intimati appellanti hassew ruhhom aggravati b'din is-sentenza u interponew dan l-appell. Fir-rikors tal-appell taghhom l-intimati qed jitolbu li s-sentenza appellata tithassar u tigi revokata u minnflok l-eccezzjonijiet tal-appellanti jigu akkolti.

Li ghamel il-Bord li Jirregola l-Kera hu li b'digriet tas-27 ta' April 2000 ordna l-isfilztar-relazzjoni ulterjuri tal-periti teknici u fl-istess hin nnomina lill-istess periti, li kienu giagew nominati qabel, biex jezaminaw l-ewwel relazzjoni taghhom u wara jirrelataw dwar il-fond in kwestjoni. Hawnhekk il-Bord mexa skont il-kriterji mfissra u dettati fis-sentenza tal-Qorti tal-Appell.Sabiex il-Bord ikun ultra zgur, ordna l-isfilz tar-relazzjoni li ghar-rigward taghha kien gie dikjarat li kienet giet prezentata b'mod irregolari u nnomina lill-istess periti sabiex jaghmlu relazzjoni ohra li kellha tittratta biss l-istat tal-fond in kwestjoni, inkluzi l-hsarat.

Il-Bord wasal ghal konkluzjoni li ma jirrizultax li tbiddlet id-destinazzjoni tal-fond izda rrizulta li fil-fondsaret "hsara hafna" u li kien hemm nuqqas ta' manutenzjoni serja u dana kollu a skapitu tas-sid. Ghalhekk it-talba tar-rikorrenti ghar-ripresa giet akkolta.

Fid-dawl tal-premess, din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi illi t-talbiet tal-intimati appellanti ghandhom jigu respinti u b'hekk is-sentenza appellata ghandha tigi konfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info