Referenza: 349/1991/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
SAID KEITH NOE vs FALZON JOSEPH ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, RESPONSABILITA` TAL-APPALTATUR GHAS-SUB-APPALTATUR - CMR CONVENTION, META MERKANZIJA MA TIGIX KONSENJATA - KOMPENSAZZJONI, META TISTA` SSIR - VETTURAL, RESPONSABILITA` GHAL SUB-APPALTATURI U TERZI
Fil-Qosor
L-artikolu 1037 tal-Kodici Civili li jipprovdi li: "Kull min ghal xi xoghol jew servizz iehor iqabbad persuna mhux ta' hila, jew illi hu ma jkollux ragun jahseb li hija ta' hila, hu obligat ghal hsarailli dik il-persuna, minhabba n-nuqqas ta' hila taghha, tikkaguna lil haddiehor fl-esekuzzjoni tax-xoghol jew servizz hawn fuq imsemmi." Dan l-artikolu ghalhekk jipprospetta fl-ewwel lok il-possibilita` li minn jiehu xoghol jista` jghaddieh ossia jissubkuntratta dak l-istess xoghol lill-terza persuna. Fit-tieni lok dan l-artikolu, b'rispett lejn il-principju enuncjat fl-artikolu 1031 li "kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu" jehles minn responsabilita` ghad-danni lill-kontraent principali, jekk dan juri li l-persuna li huwa jkun inkariga kienet ta' hila u idonea biex tezegwixxi l-inkarigu. B'hekk dik ir-responsabbilita` tghaddi fuq it-terz hekk inkarigat. Dan ghaliex il-kontraent originali jibqa` responsabbli versu min qabdu, kemm-il darba ma jurix li dak inkarigat minnu kien ta' hila.

Bhala regola generali l-kuntratti ghandhom effett u forza biss bejn il-partijiet li jikkuntrattaw, u ma jistghux ikunu ta' hsara jew ta' gid ghal haddiehor, hlief fil-kazijiet li tghid il-ligi (Art. 1001 Kap 16).

CMR Convention meta merkanzija ma tasalx fejn ikollhatasal.

Tpacija tista' tigi akkordata biss kemm-il darba iz-zewg krediti jkunu certi, likwidiu dovuti; mhux talli hekk, talli meta z-zewg krediti jkunu certi, likwidi u dovuti, jkun hemm tpacija ipso jure sa l-ammont fejn dawn iz-zewg krediti jkunu ndaqs (Art. 1196) u dan anke minghajr l-intervent tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni