Referenza: 545/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
TABONE JOANNE PRO ET NOE vs TABONE JESMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANTENIMENT, DISOKKUPAZZJONI - MANTENIMENT, META MIN IRID JIPPROVDIH IKUN FUQ L-ASSISTENZA SOCJALI - MANTENIMENT, NEMO AD IMPOSSIBILIA TENETUR - MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - PROVA, FEDINA PENALI - SEPARAZZJONI PERSONALI, SWAT
Fil-Qosor
Kull prova hi ammissibbli jekk logikament rilevanti ghall-fattijiet in kwestjoni bejn il-partijiet (Artikolu 558, Kapitolu 12) hemm ukoll il-prova tal-fedina penali ta' xi wahda mill-partijiet. L-inferenzi dezumibbli minn dan id-dokument huma cari u ovvji u jaghmlu prova tal-kondotta. Certament prova m' ghandhiex tigi eskluza semplicement ghax turi illi parti f' kawza hi ta' kondotta hazina izdaghandha tigi eskluza jekk ma turi xejn izjed. Meta, anke fil-kriminal, tista' talvolta tigi ammessa l-prova ta' kondotta precedenti ta' l-akkuzat, il-prova ma tkunx il-kondotta hazina in generali ta' l-akkuzat (hlief meta hu jinvoka l-kondotta tajba tieghu) izda ta' fatti partikolari li jkollhom xi riferenza logika ghall-fatt addebitat.

Il-vjolenza hi fost l-aktar elementi, jekk mhux ukoll l-aktar wahda, li inevitabilment twassal ghal firda personali, anke ghaliex, kif inghad, "huwa ferm difficli li tigi superata minn min ikun halla lilu nnifsu jintrikeb minnha".

Id-dizokkupazzjoni mhix motiv biex tehles lir-ragel mill-obbligu ta' l-alimenti lejn martu, specjalment, imbaghad,meta dik id-dizokkupazzjoni tkun kolpuza.

Hu veru li l-ligi civili ma tisforza lil hadd mill-mizzewgin biex imur jahdem bilfors pero` hu daqstant veru li l-ligi civili timponi fuq l-konjugi l-obbligu li jipprovdu manteniment reciproku lil xulxin u manteniment ghall-ulied. F'adempiment ta' dan l-obbligu l-konjugi huma mistennija mil-ligi illi jipprovdu l-mezzi, bhala regola mix-xoghol taghhom, biex ma jhallux lil min jiddependi minnhom ghall-manteniment, nieqes mill-bzonnijiet essenzjalita' kuljum. Sa kemm wiehed jista' liberament jikkonsidra li tali obbligu kien ifisser illi min kien obbligat kellu bilfors jipprovdi l-mezzi u konsegwentement kellu bilfors jahdem la ma kellux fondiohra mnejn jaghmel tajjeb ghal tali obbligu.

Minn naha l-ohra l-Qorti ma tistax tinjora l-fatt illi wiehed mill-mizzewgin ikun qieghed jircievi l-minimu ta' l-assistenza socjali u allura ma kellux mezzi sufficcjenti la biex jghix hu nnifsu u lanqas biex imantni lil haddiehor. Naturalment pero` l-Qorti ma tistax tinjora l-fatt ta' l-obbligu vestit mil-ligi biex huwa jivversa persentagg minn dak li jippercepixxi. Persentagg li jigi stabbilit in omagg tal-principju li l-parti li tkun hatja fiz-zwieg kellha tipprovdi ghall-manteniment tal-parti l-ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni