Reference: 1253/1993/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIZZI MARIO NOE ET vs GRECH MARIO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, BROKER HUWA AGENT TAL-ASSIGURAT - ASSIKURAZZJONI, COVER NOTE - ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - ASSIKURAZZJONI, PROPOSAL FORM
Summary
Kif drabi ohra espress "hu l-obbligu tal-persuna li tkun qed tinnegozja biex tidhol f' kuntratt ta'assigurazzjoni li taghti l-informazzjoni kollha sostanzjali u rilevanti dwar il-"history" taghha bhala s-soggett ta' assigurazzjoni, meta jkun car li tali informazzjoni tista' b' xi mod tinfluwenza id-decizjoni tad-ditta assiguratrici fl-ghoti tal-polza. L-istess kif id-ditta assiguratrici hi obbligata tinforma lill-klijent bil-limitazzjonijiet u restrizzjonijiet li l-polza li tkun ser tinhariglu, jkollha. Dan ghaliex il-kuntratt ta' assigurazzjoni hu wiehed ta' uberrimae fidei u l-kontraentighandhom ikunu fil-massima buona fede meta jiffirmawh".

Huwa accettat illi meta jkollok vjolazzjoni ta' dawn ir-regoli dan igib l-annullament ex tunc tal-kuntratt jew dik tar-repudiation ossijarecess ex nunc.

L-kwistjoni tan-nullita` ta' polza ta' assikurazzjoni tista' tigi mqajma b'eccezzjoni, u mhux mehtieg li l-konvenut jaghmel kawza ad hoc.

Issa huwa veru illi, kif ritenut, kwestjoni ta' annullabilita` ta' kuntratt ghandha ssir per via di azione . Talba rikonvenzjonali hija fiha nfisha azzjoni awtonoma ntiza biex iggib fix-xejn t-talba ta' l-attur.

Minn dejjem gie pacifikament akkolt illi r-rinunzja tacita ghandha tigi nterpretata tant restrittivament illi mill-fatti li minnhom dik ir-rinunzja trid tigi desunta ma tkunx tista' tingibed kongettura ohrahlief il-propozitu evidenti tar-rinunzja;

Tali argoment jghodd ukoll ghall-aspett tar-ratifika, mis-socjetajiet attrici moghtija risalt ghall-fatt illi s-socjeta` konvenuta ma rrifondietx il-premium. In-nuqqas ta' rifuzjoni jew tad-depozitu tal-premium ma jistax, u ma ghandux, awtomatikament, jigi nterpretat bhala xi abdikazzjoni tad-dritt jew assunzjoni ta' ratifika. Certament ebda argoment ma jista' jingibed mill-konsiderazzjoni illi l-obbligazzjoni giet ratifikata bil-fatt biss tar-ritenzjoni tal-premium meta l-fatti "veri" kienu ignoti ghas-socjeta` konvenuta;

(a) Il-broker huwa l-agent ta' l-assikurat u mhux tal-kumpanija assikuratrici;

(b) L-istess bhal ProposalForm, il-Cover Note "hija parti ntegrali tal-polza ta' l-assikurazzjoni; u kwindi dikjarazzjoni falza maghmula fil-formula hija qisha dikjarazzjoni falza fil-polza". Li jfisser illi assikurazzjoni permezz ta' Cover Note tfisser l-istesslivell ta' disclosure daqs polza ta' l-assikurazzjoni formali;

(c) Dan iwassal ghall-konsiderazzjoni illi "l-proponent hu fid-dmir li jsemmi kull fatt li ragjonevolment ghandu jhoss li hu rilevanti ghall-assikuratur li jkun jaf, u dan anke jekk ma jkunx mistoqsi. U jekk il-proponent ma jaghtix lill-assikuratur il-kwadru sewwa u ezatt ta' l-oggett tal-kuntratt, u dan jaghmlu in buona fede, din ghandha importanza biss relattiva, u ferm relattiva; u l-assikuratur jkollu d-dritt jitlob ix-xoljiment tal-kuntratt ta' l-assikurazzjoni, purche d-dettalji ommessi jkunu tali li jinfluwixxu fuq id-decizjoni biex l-assikuratur jasal ghal kuntratt fil-forma li jkun iffirmah";

(d) F'kazijiet bhal dawn il-mistoqsija dejjem ghanda tkun jekk kienx hemm,taht ic-cirkostanzi kollha fil-mument li l-polza tkun giet "underwrittent" dik li komunement tissejjah "a fair representation" jew inkella habi frawdolenti jekk intenzjonat jew, anki jekk mhux intenzjonat, li jvarja materjalment l-oggett tal-polza u b'hekk li jbiddel ir-riskju.

(e) L-oneru tal-prova illi l-assikurat hu responsabbli ta' "non-disclosure" u "misrepresentation of a material fact" tinkombi fuq l-assikuratur;

Dak li d-duttrina legali fuq il-materja jidher li tivvjeta mahuwiex is-semplici dikjarazzjonijiet kuntrarji ghal veru ("misrepresentation") jew l-ommissjonijiettal-fatti maghrufa ("non-disclosure") izda jekk dawn tabilhaqq kellhomx jitqiesu "material to the risks to be covered". L-accent allura huwa proprju fuq il-kelma "material";

Mhux kwalunkwe dikjarazzjoni jew reticenza tista' tkun kawza ta' annullament izda dik biss fejn id-dikjarazzjoni inezatta jew ir-reticenza jkunu ta' natura tali li l-assikuratur ma kienx jaghti l-kunsens u l-approvazzjoni tieghu, jew ma kienx jaghtihom bl-istess mod u taht l-istess kondizzjonijiet kieku kien jaf il-verita` shiha jew il-fatti kompleti;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info