Referenza: 194/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GERA DE PETRI TESTAFERRATA BONICI GHAXAQ vs KUMMISSARJU TA' L-ART
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATTI GUDIZZJARJI, FORMALIZMU EZAGERAT - ATTI GUDIZZJARJI, NULLITA` TA` - ESPROPRJAZZJONI, DMIR TAL-KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET LI JGHARRAF LIS-SIDIEN U PERSUNI OHRA LI GHANDHOM INTERESS SKOND IL-LIGI BID-DIKJARAZZJONI TAL-PRESIDENT TA` MALTA U BL-AVVIZ TAL-FTEHIM
Fil-Qosor
In-nullitajiet huma odjuzi, ma jistghux jigu prezunti, ma jistghux jigu estizi minn kaz ghall-iehor,u in generali jirripunjaw ghaz-'zeitgeist' modern li huwa kuntrarju ghar-ripetizzjoni ta' kawzi u atti gudizzjarji u ghall-moltiplikazzjoni ta' l-ispejjez u telf ta' zmien anti-ekonomiku hlief ghal ragunijiet verament serji.

L-Att dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Pubblici jipprovdili kemm id-dikjarazzjoni Presidenzjali tat-tehid ta' l-art kif ukoll l- "Avviz ghall-Ftehim" ikunumaghrufa lil "kull sid" u "lil kull bniedem iehor li ghandu interess skond il-ligi". Wiehed ghandujipprezumi illi l-kwalifika kontenuta in koda ghas-subinciz (2) ghall-Artikolu 9 hi l-eccezzjoni u mhux ir-regola. Eccezzjoni li tippresupponi li l-awtorita` kompetenti tkun ghamlet il-verifiki u ricerki taghha kif suppost u b' mod diligenti. Wiehed ghandu f' kazijiet bhal dawn ma jiznaturax jew jirrestringi izzejjed anke kontra r-rieda tal-legislatur.

Huwa veru illi n-notifika ta' l- "Avviz ghall-Ftehim" ma tikkwalifikax necessarjament lil dak li jkun titolari ta' xi dritt fuq l-art esproprijata. B' danakollu, il-Qorti hi tal-fehma illi l-iskop utilitarju tal-ligi huwa dak li l- "Avviz ghall-Ftehim" jipprovdi ghall-interess reali u prattiku biex proprju jirrikoncilja l-interess pubbliku ta' l-esproprijazjoni ma' l-interess privat;

L-inosservanza tan-notifika lill-persunainteressata ma ggibx necessarjament u bhala konsegwenza taghha n-nullita` tal-procedura;

Huwa fatt illi ebda nullita` bhal din ma tinsab komminata fil-kaz ta' kontravenzjoni ghall-Artikoli 9 u12 tal-Kapitolu 88. U ma setax kien diversament ghaliex ma setax kien il-hsieb tal-legislatur tahtdik il-ligi illi f' kaz ta' kontravenzjoni dan iwassal ghan-nullita`;

F' kull kaz l-atti inkorso huma facilment salvabbli bl-adezjoni ta' l-atturi f' dawk l-atti jew fil-kontraddizzjoni taghhom. Huwa proprju ghalhekk illi l-ligi ta' procedura tahseb ghall-istitut ta' l-intervjent in kawza jew dik tal-kjamata tal-persuni meta talvolta tigi stabbilita l-ezistenza ta' l-interess guridiku;

Dan kollu ghandu jfisser illi l-impunjattiva b' success ta' atti minhabba nullita` hi akkordatabiss meta t-termini ta' l-istituti korrettivi jkunu skadew u ma jkunx ghad hemm il-possibilita` ta'l-osservanza tat-termini tal-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni