Reference: 1006/2001/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
VASSALLO CARMELO vs CAMILLERI PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, AGGRAVAMENT TA` - SERVITU`, AKKWISIZZJONI TA` DRITT TA` PASSAGG BIS-SAHHA TAL-PRESKRIZZJONI - SERVITU`, DISKONTINWA - SERVITU`, ESTENSJONI TA` - SERVITU`, ESTENSJONI TA` DRITT TA` PASSAGG BIL-BHIMA U BIL-KARRETTUN GHAL MEZZI MEKKANICI - SERVITU`, KIF JIGI AKKWISTAT DRITT TA` PASSAGG
Summary
Mhix korretta s-sottomissjoni li, in principju, l-esercizzju ta' servitu' jista' jinbidel maz-zmien.Is-sevitijiet huma ta' piz fuq il-fond serventi u m'ghandhomx jigu estizi ghal aktar minn dak li gie pattwit. L-artikolu 476 tal-Kodici Civili jghid li meta jkun hemm dubbju dwar l-estensjoni tas-servitu', wiehed irid jiehu qies tad-destinazzjoni tal-fond dominanti "fiz-zmien li giet stabbilita' s-servitu'", u ghalhekk, l-estensjoni tas-servitu' m'ghandux ivarja skond l-izvillup li jsir u l-bidla li sid il-fond dominati jaghmel fil-mod ta' kif jinqeda mill-fond dominanti tieghu. Dritt ta' passagg li jkun gie pattwit espressament ghall-uzu bil-karettun, u ghalkemm wiehed jista jikkoncedi l-uzu tal- passagg b'ingenji, l-passagg m'ghandux jitwessa, bi hsara ghas-sid tal-fond serventi, biex ikun jista jintuza b'ingenji kbar.

Ma jistghax it-titolari ta' servitu` jippretendi estensjonitaghha billi l-esercizzju taghha skond it-titolu jkun sar insufficjenti minhabba t-tibdiliet li jkunu saru. Ghax jekk hu veru illi l-krejazzjoni tas-servitu` titqies li tikkomprendi dak kollu li humehtieg ghad-dgawdija ta' dak is-servitu`, il-kliem 'dak kollu li hu mehtieg' ghandu jigi interpretat b'referenza ghaz-zmien tal-kostituzzjoni tas-servitu`, u mhux in referenza ghall-izviluppi li jkunghamel wara dak iz-zmien sid il-fond dominanti. Minn dan isegwi li l-wisa' tal-passgg irid ikun determinat mic-cirkostanzi taz-zmien meta gie kreat is-servitu`, u passagg ghal-uzu ta' karrettun m'ghandux ikun wiesa' aktar minn hames piedi.

F'dan il-kaz kien hemm il-limitazzjoni li dan il-passagg hekk wiesgha ghandu jintuza biss fix-xhur tas-sajf, u meta, b'dak l-uzu, ma ssirx hsara lill-ghalqa u, f'kull kaz, biss meta ma jkunx hemm prodotti mizrugha. Dawn kienu limiti impost fuq l-esercizzju tas-servitu` koncess lill-awtrici tal-attur, u dan ma setax issa jilmenta li dik il-koncessjoni mhix sufficjenti.

Ghalkemm jista' jigi accettat li servitu` ta` passagg ezercitat originarjament bil-bhima u l-karrettun tista' sussegwentement tigi ezercitata b'mezzi mekkanici, in konsegwenza ta' zviluppi teknologici, sabiex tigi sodisfatta utilita` identika ghal dik originarja.

Dan koncess, pero, il-passag irid jibqa dak li kien; ghalkemm il-metodu ta' dgawdija tas-servitu`jista jinbidel maz-zmien, is-servitu` irid jibqa' dak li hu u ma jistax jigi estiz ghal-akbar komdita tas-sid tal-fond dominanti.

Il-fatt li sid il-fond dominanti gieli jkun thalla jghaddi b'ingenji kbar minn fuq l-art servjenti, ma jista jirrekalu ebda dritt. Id-dritt ta' passagg hu, b'dispozizzjoni espressa tal-ligi, servitu` mhux kontinwu (artikolu 455(3) tal-Kodici Civli) u bhala talima jistax jinholoq bil-preskrizzjoni, izda biss bis-sahha ta' titolu (Artikolu 469 tal-Kodici Civili).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info