Referenza: 679/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BUHAGIAR VINCENT NOE vs ARRIGO DR NOEL ET NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NOVAZZJONI, ANIMUS NOVANDI IRID JIRRIZULTA B`MOD CAR - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI MINN DEBITUR SOLIDALI JIKSER IL-PRESKRIZZJONI WKOLL GHAD-DEBITURI L-OHRA U GHALL-WERRIETA TAGHHOM - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, LIEMA ATTI JAMMONTAW GHAL RINUNZJA JEW INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Novazzjoni ex parte debitoris, issehh meta, skond l-artikolu 1179 (b) tal-Kodici Civili, "debitur gdid jigi mqieghed flok il-qadim, illi jigi mehlus mill-kreditur", liema novazzjoni, skond l-artikolu1180 (2) tal-istess Kodici Civili "mhix prezunta; l-intenzjoni li ssir ghandha tidher bic-car".

In-novazzjoni hi di stretto diritto, ma tistax tigi prezunta, imma trid tirrizulta kjarament, madanakollu l-Ligi ma tehtiegx xi kliem solenni sabiex din issehh, basta li l-volonta` li ssehh in-novazzjoni tkun tirrizuta mill-fatt jew mill-kliem tal-partijiet.

In-novazzjoni ma hi qatt prezunta, u fid-dubbju ghandha tkun eskluza. L-animus novandi jekk ma jkunx espress, irid jirrizulta b'modcar u univoku.

"L-accettazzjoni tad-dejn minn wiehed mid-debituri in solidum, u kull att iehor li jikser il-preskrizzjoni ghall-wiehed minn dawk id-debituri, jikser il-preskrizzjoni wkoll ghad-debituri l-ohra u ghall-werrieta taghhom" - artikolu 1100 tal-Kodici Civili.

Il-kontestazzjoni ta' l-ammont mitlub twassal ghall-interruzzjoni tal-preskrizzjoni u kwindi rinunzja ghall-istess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni