Reference: 534/1993/2

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SCHEMBRI JOSEPH vs CARUANA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, INTEMPESTIVITA` TAL-AZZJONI GHALL-HLAS DA PARTI TAL-APPALTATUR - APPALT, RESPONSABILITA` TAL-APPALTATUR GHAS-SUB-APPALTATUR - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - PROVA, META RAPPORT PERITALI JISTA` JIGI SKARTAT - PROVA, RAPPORT PERITALI
Summary
L-imprenditur huwa tenut jesegwixxi l-kuntratt mhux kif jidhirlu hu imma `bene e a regola d'arte e secondo i patti stabbiliti', u fejn ma hemmx patti espressi, l-esekuzzjoni ghandha ssir skond l-intenzjoni tal-partijiet li zgur li ma kienetx illi kellu jinghata xoghol hazin.

Meta jirrizultawdifetti fir-rizultat ahhari, it-talba tal-imprenditur ghandha titqies intempestiva, u kwindi, michuda, jekk dawk id-difetti jkun ta' entita gravi. Meta d-difetti ma jkunx sostanzjali, l-appaltatur majistax jitqies inadempjenti, pero', jibqa' obbligat li jirripara d-difetti jew jaccetta riduzzjonifil-prezz.

L-opinjoni teknika m'ghandhiex facilment tigi skartata mill-Qorti, konvinzjoni kuntrarja kellha tkun ben informata u bazata fuq ragunijiet li gravament ipoggu fid-dubbju dik l-opinjoni teknika lilha sottomessa b'ragunijiet li m'ghandhomx ikunu privi mill-konsiderazzjoni ta' l-aspett tekniku tal-materja taht ezami.

Is-sub-kuntrattur m'ghandu ebda relazzjoni guridika mas-sid, u d-danni minhabba inadempjenza jridu jithallsu u jkunu dovuti mill-kuntrattur, anke jekk in-nuqqas ikun attribwibbli lis-sub-kuntrattur. Hu biss jekk it-terz, li jikkaguna l-hsara, ma jkollu ebda relazzjoni mad-debitur tal-obbligazzjoni, li dak l-agir ma jkunx attribwibbli lid-debitur inadempjenti; jekk dan it-terz, min-naha l-ohra, ikun gie ikkummissjonat mid-debitur biex jassistih fl-esekuzzjoni tal-obbligazzjoni, kull nuqqas ta' dak it-terz, jitqies nuqqas tal-kuntrattur kontraent.

Il-ftehim konsistenti fit-tiswija ta' lista ta' difetti fix-xoghol milhuq kien ikopri lanjanzi li s-sid induna bihom dak il-hin, pero', mali ma jeskludix, la espressament u lanqas tacitament, li jfittex ghar-rimedju ulterjuri f'kaz li jiskopri difetti ohra, ma jippregudikax id-drittijiet tas-sid. Ir-rinunzji, kif hu risaput, "huma di stretto diritto u ghandhom jirrizultaw minn fatti assolutament inkonciljabbli ma konservazzjoni tad-dritt u li juru l-volonta' preciza ta' rinunzja".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info