Reference: 245/1993/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
VELLA EMANUEL vs GALEA JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
APPOGG, DRITT GHALL-KUMPENS HUWA DRITT PERSONALI - APPOGG, LIEMA BINI JIKKOSTITWIXXI APPOGG - APPOGG, META TIG AKKWISTATA L-KOMPROPRJETA` TAL-HAJT - APPOGG, M`HI MEHTIEGA EBDA PROCEDURA SPECJALI SABIEX JIGI PRATIKAT - BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - HAJT DIVIZORJU, REWWIEHA FI - HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - LOKAZZJONI, INKWILIN GHANDU INTERESS LI JITNEHHA KULL INKONVENJENT GHALL-PUSSESS TIEGHU - LOKAZZJONI, INKWILIN JISTA` JITLOB ZGUMBRAMENT TA` TERZ MILL-FOND LOKAT - SERVITU`, KWISTJONI TA` NATURA PETITORJA U MHUX POSSESSORJA - SERVITU`, POSSESSURI TAL-FOND DOMINANTI U DAK SERVJENTI M`GHANDHOMX INTERESS GURIDIKU - SERVITU`, PROSPETT - BINI FIL-FOND VICIN - SERVITU`, REWWIEHA F`HAJT DIVIZORJU - SERVITU`, TIEQA - BINI FIL-FOND VICIN - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - SUPERFICIES SOLO CEDIT, INVAZJONI TA` ARJA - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
Appogg ifisser mhux biss l-addentellament tal-bini ma' hajt ta' haddiehor, izda li dan il-hajt ikunjirrendi servizz lill-vicin; anzi l-akkwist tal-komunjoni jista' jsir anki ghal semplici kapricc. L-akkwist tal-komunjoni tal-hajt jista' jsir ghal kwalunkwe skop.

Lanqas ma hu mehtieg li dak li jkun jakkwista l-hajt kollu, izda jista' jakkwista biss dik il-parti li hu jehtieg.

Il-ligima tirrikjedix procedura partikolari biex hajt li jkun diga' mibni u li huwa passibbli li jigi rezkomun, jigi effettwament rez komuni. Lanqas ma hu mehtieg li qabel ma persuna tirrendi hajt komuni tinforma lill-propjetarju b'din l-intenzjoni. Min irid irendi hajt in komun, kull m'ghandu jaghmel huli prorprju jaghmel dak l-att fiziku illi permezz tieghu jirrendih in komun. Meta l-vicin jaqbad ujew jappoggja jew jibni fuq dak il-hajt biex irrendih komuni, ma jwassal qatt ghall-konsegwenza ta'spoll, ghax m'hemmx dak l-ispossessament li jikkaraterizza cirkostani li jwasslu biex tkun tista' ssir l-actio spolii.

Bl-ezercizzju ta' l-appogg jiskatta favur sid il-hajt id-dritt personali li jitlob kumpens ghal "cessjoni ta' bilfors li l-proprjetarju esklussiv ta' hajt ta' konfini huwa obbligat jaghmel lill-vicin ta' nofs l-istess hajt li mieghu l-istess vicin ipoggi l-bini tieghu". Bl-ezercizzju tad-dritt tal-appogg, ikun hemm l-akkwist l-komproprjeta` tal-hajt divizorju, u dan mhuxxi abbuz ta' dritt, imma in ezercizzju tad-dritt moghti mill-ligi.

Kull proprjetarju ghandud-dritt li jaghmel uzu liberament mill-fond tieghu u li jaghmel fih dawn il-modifikazzjonijiet li jidhirlu li jkunu ta' konvenjenza ghalih, anke jekk b'hekk ikun qed icahhad lill-gar minn xi vantagg illi dan kellu, sakemm lill-gar ma jikkawzalux molestja illi tkun gravi u mhux facilment tollerabbli.

Sid il-bitha ghandu l-propjeta' tal-arja sovrastanti, u allura sid il-bitha jista' jizviluppa l-bitha f'kamra ghall-htigijiet tieghu. Bil-fatt li s-saqaf ta' din il-kamra, jigi ezatt taht tieqa tal-gar, ma jkunx b'daqshekk qed inaqqas mid-dgawdija ta' servitu' ta' prospett mill-istess gar.

Meta fond sottostanti jkollu jsofri s-servitu' ta' tieqa mill-fond ta' fuq, huwa xorta jista'jibni kamra fil-bitha taht it-tieqa tal-gar tieghu, ghax b'dan il-bini ma jkun bl-ebda mod qed inaqqas id-dgawdija tas-servitu' tal-fond dominanti.

Kerrej ta' fond, ghad li d-dritt tieghu mhuxin rem, ghandu azzjoni diretta biex jizgombra persuna li tkun qed tokkupa l-fond jew parti minnu blatitolu.

L-inkwilin ghandu dritt jadixxi lill-Qorti biex jigi dikjarat li terz m'ghandu ebdadritt ta' passagg minn fuq l-ghalqa mikrija lilu.

Kerrej ta' fond ghandu dritt jimpedixxi u jitlob li jitnehha kwalunkwe inkonvenjent ghall-pussess tieghu li jsir mill-possessur ta' fond adjacenti, u hija turbativa tal-pussess kull tnaqqis tal-kumdita` ta' tali pussess minghajr il-htiega ta'xi pregudizzju.

Ir-regola li sid il-bitha ghandu proprjeta' tal-arja sovrastanti, tant hija ta' massima importanza, li l-proprjetarju tal-fond sovrastanti lanqas jista' jonxor mit-twieqi tal-fond tieghu ghal fuq il-bitha ta' haddiehor minghajr il-kunsens ta' dan - ahseb u ara kemm jista' johrog katusi u gullies ghal fuq bitha ta' haddiehor.

Ghalkemm l-artikolu 425 tal-Kodici Civili jiddisponi li persuna ma tista' taghmel ebda fetha f'hajt divizorju, l-gurisprudenza tippermetti li ftuh ta' rewwiehat li, min-natura taghhom, ma joholqu ebda pregjudizzju lis-sid tal-fond adjacenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info