Reference: 1023/1994/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FAVA EMANUEL vs MAMO JOHN PROF ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, ACTIO REDIBITORIA U ACTIO AESTIMATORJA - BEJGH, AMMISSJONI TAD-DIFETT DA PARTI TAL-VENDITUR - BEJGH, DEFINIZZJONI TA` DIFETT - BEJGH, DIFETT APPARENTI - BEJGH, DIFETT MOHBI - BEJGH, RIKONOXXIMENT TAD-DIFETT MILL-VENDITUR IRID IKUN CAR, FORMALI, ESPLICITU U INKONDIZZJONAT - BEJGH, SERJETA` TAD-DIFETT MOHBI - BEJGH, SOSPENSJONI TAL-PERIJODU TA` DEKADENZA GHALL-EZERCIZZJU TAL-ACTIO REDIBITORIA JEW AESTIMATORIA - BEJGH, TERMINU GHALL-AZZJONI REDHIBITORIA U ESTIMATORIA HUWA TERMINU TA` DEKADENZA - BEJGH, TRATTATIVI BEJN IL-PARTIJIET MA JISSOSPENDIX IL-PERIJODU TA` DEKADENZA GHALL-EZERCIZZJU TAL-ACTIO REDIBITORIA JEW AESTIMATORIA - LIGI, RETROATTIVITA` TA`
Summary
F' materja ta' kompra-vendita l-ligi tippreciza l-obbligi tal-bejjiegh billi tiddetta illi dan ghandu zewg obbligi, jigifieri, "li jikkunsinna, u li jiggarantixxi l-haga mibjugha" (Artikolu 1378 tal-Kodici Civili).

Il-garanzija li l-venditur ghandu jaghti lix-xerrej ghad-difetti li ma jidhrux fil-haga venduta (Artikolu 1408 tal-Kodici Civili) takkorda lix-xerrej l-opportunita` jirrecedi mill-bejgh bl-azzjoni redibitorja jew b' dik "quanti minoris".

Issa biex jirnexxi f' din l-azzjoni tieghu, li riedet dejjem titmexxa "per via di azione", l-attur jenhtieglu jipprova dawn l-elementi bazici:-

(i) il-vizzju fl-oggett mixtri u fuq kollox li tali vizzju kien mohbi;

(ii) li dan il-vizzju kien wiehed serju u ta' certu gravita`;

(iii) li kien pre-ezistenti ghall-bejgh jew ezistenti fil-mument tal-bejgh;

Huwa tista' tghid principju assodat hafna illi biex il-vizzji jitqiesu redibitorji u allura produttivi ta' l-azzjoni analoga huwa mehtieg li tali vizji jkunu ta' certa gravita`, li l-mizura taghhom hija determinata mill-ligi fuq zewg kriterji, wiehedoggettiv konsistenti fl-inettitudni totali tal-haga ghall-uzu li ghalih tkun destinata, jew inkellafid-diminuzzjoni ta` tali uzu; l-iehor soggettiv konsistenti fl-intenzjoni tax-xerrej li kieku kienjaf bid-difett kien jaghzel li ma jixtrix l-oggett jew inkella kien joffri prezz anqas.

Il-vizzju huwa okkult (redibitorju) meta x-xerrej, b' diligenza ordinarja u wahdu ma jkunx jista' jiskopri d-difetti. Meta l-haga mibjugha timmanifesta ghax-xerrej ordinarjament attent difett jew traccili jindikaw l-ezistenza tad-difett, allura l-vizzju jkun wiehed apparenti. Il-gudikant ikun irid jaghmel apprezzament tac-cirkostanzi kollha tal-kaz fosthom dawk taz-zmien, tal-post u tal-persuni nvoluti.

Tezisti indiskutibilment konkordanza illi ghas-success ta' din ix-xorta ta' azzjoni, oltre l-prova tar-rekwiziti fuq delinejati, del resto prefissi wkoll bl-Artikolu 1424 tal-Kodici Civili, l-attur jehtieglu jipproponi din l-istess azzjoni tieghu fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 1431 ta' l-istess Kodici. Inkella, jekk hu jhalli dak it-terminu ghaddej inutilment huwa jigi li rremedjabilment ippregudika d-dritt tieghu li jitlob dikjarazzjoni gudizzjarja li l-oggett komprat minnu kien affett minn difett mohbi.

Il-kontroversja li kienet tezisti fil-kazistika jekk dan it-terminu huwiex wiehed ta' preskrizzjoni jew ta' dekadenza ilha ormai li giet abbandunata. Huwa ormai benstabbilit illi dan it-terminu hu wiehed ta' dekadenza "b' mod li jekk l-azzjoni ma tigix esperita fi zmien dak ix-xahar l-istess tigi perenta";

Biex allura l-attur qua xerrej ikun jista' jsostni l-azzjoni tieghu wara d-dekors taz-zmien jehtieglu jipprova illi huwa fiz-zmien utili nforma lill-venditur bil-vizzju tal-haga, u li dan, f' dak iz-zmien, ipprometta li jiehu l-haga lura, jew almenu rrikonoxxa jew ma kkontrastax l-ezistenza tal-vizzju;

F'dan il-kuntest huwa rikonoxxut illit-trattativi ta' transazzjoni meta fihom il-venditur ma jirrikonoxxix il-vizzju ma jimportaw l-ebdaobbligazzjoni fil-venditur u ma joperawx biex isalvaw lill-kompratur minn dik id-dekadenza.

Dan appena premess ghandu jfisser illi una volta tivverifika ruhha d-dekadenza, l-akkwirent jista' jirrikupra d-dritt tieghu ghall-azzjoni in garanzija fil-kaz biss li l-venditur jirrikonoxxi l-ezistenza tad-difett jew dan addirittura jirrinunzja ghad-dekadenza nnifisha;

Ir-rikonoxximent da parte tal-venditur tal-vizzju fl-oggett mibjugh akkumpanjat mill-impenn ta' l-eliminazzjoni tad-difett jaghti lok ghall-obbligazzjoni awtonoma gdida, novattiva ta' dik l-obbligazzjoni originarja tal-garanzija ghall-vizzji okkulti;

Kwantu ghar-rinunzja din tista' tkun tacita, dezunta, per ezempju, minn weghda tar-riparazzjoni jew tas-sostituzzjoni tal-haga jew tar-restituzzjoni tal-prezz jewta' proposta tar-rizoluzzjoni konsenswali tal-kuntratt jew addirittura bil-kunsens da parte tal-venditur tal-verifika ta' l-oggett u ta' l-accertament tekniku tal-vizzju;

Fl-ahharnett, in tematat-terminu preskritt biex tigi esperita l-azzjoni ghandu jinghad illi "id-dies de quo" tad-dekorrenza tat-terminu stabbilit fis-subinciz (2) ghal-Artikolu 1431 huwa individwat fil-mument ta' l-iskoperta tad-difett. Skoperta li trid tkun effettiva u kompleta fis-sens li x-xerrej ikollu c-certezza objettiva, u mhux is-semplici suspett, tad-difett.

Ghall-finijiet ta' l-indagini dwar l-ezistenza u s-serjeta` tal-vizzju trid issir distinzjoni bejn il-konsegwenzi esterni tal-vizzju u l-konsistenza tieghu stess. Konsistenza li allura tifforma l-kawza ta' dik il-manifestazzjoni esterna. F'dan il-kaz kif apprezzat mill-perit tekniku din il-konsistenza kienet ghal kollox mankanti;

Huwa principju fundamentali fil-materja ta' l-obbligazzjonijiet illi minn jobbliga ruhu ghandu jaghmel dak li fuqu waqghet l-obbligazzjoni bil-buona fede kollha mehtiega skond il-ligi u skond ir-raguni, u l-Qrati ma jistghu qatt jaghtu appogg ghal min ikun irid jappilja ruhu ghal xi difett zghir li jkun hemm fil-materja ta' l-obbligazzjoni u b' hekk jasal fl-intent tieghu. Il-gurisprudenza u d-duttrina dejjem applikaw f' dawn il-kazijiet il-principju illi de minimis non curat praetor, meta l-Qorti tkun konvinta illi dik id-differenza hija tant zghira u insinjifikanti, almenu fil-koncezzjoni tal-partijiet, li tkun migjuba bhala semplici skuza biex tghin lil min irid ikun inadempjenti ghall-obbligazzjoni tieghu;

Hawnhekk tqajjem il-punt jekk l-estensjoni tat-terminu minn xahar ghal sitt xhur setax kellu effett retroattiv fuq azzjoni mibdija b'mod li l-azzjoni attrici setghet tigi salvata. Il-Qorti irriteniet illi id-dritt transitorju jipprovdi b' mod kategoriku u car illi anke fejn si tratta ta' ligijiet fiskali:

(a) dawn huma soggetti bhal ligi komuni ghall-principju tan-non-retroattivita`;

(b) li l-attijiet u trasferimenti huma regolati mil-ligi antika li tahtha jkunu gew kompjuti;

(c) li l-attijiet mibdija taht il-ligi antika li jestendu ruhhom taht il-gdida ghandhom ikunu imperanti minn din l-ahhar ligi;

(d) li fejn jezisti veru u proprju dritt kwezit kompjut taht il-ligi antecedenti, dan ghandu effikacja fih innifsu li jirrizisti ghall-applikazzjoni tal-ligi, anki fiskali, gdida, f' kaz ta' mutament tal-ligi anterjuri;

Il-promulgazzjoni ta' kull ligi tohloq immedjatament problemi ta' dritt transitorju li diversi drabi l-istessligi tipprova tirregola hija stess, imma, fi kwalunkwe kaz, iridu b' xi mod jigu konkordati mill-gudikant skond il-principji generali tad-Dritt. B'danakollu meta f' ligi li tohrog ma jkunx hemm klawsola retroattiva, u l-kliem taghha ma jkunx jimporta retroattivita`, dik il-ligi ma ghandhiex ikollhaeffett retroattiv, lanqas jekk tkun materja ta' interess jew ordni pubbliku;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info