Reference: 1033/1996/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
EDWARDS JOSEPH JOHN PRO ET NOE vs DIRETTUR TAL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR ID-DJAR, DRITT TAS-SID GHAL KUMPENS GHALL-OKKUPAZZJONI - ATT DWAR ID-DJAR, VALIDITA` TA` ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - REKWIZIZZJONI TA` FOND, NATURA TA` - REKWIZIZZJONI TA` FOND, TIKKOMPRENDI L-ACCESSORJI TAL-FOND U DAK LI HU DESTINAT GHALL-UZU TAL-FOND INNIFSU
Summary
It-tehid ta' fond kien necessarjament jikkomprendi dak ta' l-accessorji tieghu u dak li hu destinatghall-uzu tal-fond innifsu. Dan hu hekk ukoll fil-kaz ta' kirjiet u ta' bejgh u ta' kull mod iehorta' trasferiment sakemm xi ambjent partikolari ma jkunx espressament eskluz.

Skond l-Artikolu2, Kapitolu 125, il-kelma "bini", "tinkludi kull art jew gnien li jaghmlu sehem shih, jew li huma maghluqin f' dik id-dar jew f' dak il-bini iehor". Kif f'sens iehor jinghad b'referenza dejjem ghall-istess ligi riferibilment dwar l-aspett tar-rikonoxximent, "lanqas jista' r-rekwizizzjonat f' kaz ta' dar bil-gnien maghha, jitlob li ma jirrikonoxxix lill-inkwilin dezinjat mill-Housing Department ghall-gnien biss, u li jigi awtorizzat jiehu taht idejh il-gnien biss; ghax xejn ma hemm fil-ligi lijuri li wiehed jista' jiddistingwi parti minn ohra tal-fond rekwizizzjonat; u d-dar tikkomprendi l-gnien".

L-Artikolu 3 (1) ta' l-Att dwar id-Djar jissokta jispecifika illi d-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Socjali jista' johrog rekwizizzjoni ghal kull bini jekk jidhirlu li hu hekk mehtieg jewxieraq fl-interess pubbliku. Dan bil-ghan biex jipprovdi lin-nies fejn joqghodu jew biex jizgura t-tqassim xieraq ta' dawk il-postijiet fejn wiehed jista' jghammar;

Huwa ragjonevolment car lil-ligi qeghda hawn tikkonsidra tliet ipotesijiet indipendenti (i) dik ta' l-interess pubbliku; (ii)dik tal-provizjon ta' djar; u (iii) dik tat-tqassim ekwu tad-djar. Logikament pero` "mhux bizzejjed illi r-rekwizizzjoni tkun saret inter alia, fl-interess pubbliku, ghaliex ladarba dak il-'public interest' gie limitat bil-kliem 'for providing living accomodation', il-portata tar-rekwizizzjoni giet limitata ghall-iskop ta' l-abitazzjoni, u mhux ukoll ghal skopijiet ohra ta' interess pubbliku.

Din is-silta naturalment tapplika fejn l-ordni ta' rekwizizzjoni tkun redatta f' termini precizi ta' restrizzjoni ta' uzu ghal skop partikulari; fil-kaz appena citat, dak ta' abitazzjoni. Hu allura biss f' dan il-kaz fejn l-ipotesi ta' interess pubbliku mhijiex aktar konsidrata bhala ipotesi asè u komprensiva.

Intqal illi "il-poteri tad-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Socjali huma arginati biss bl-Artikolu 3 (1) tal-Kap 125 u kien biss jekk is-sid jirnexxielu jissodisfa lill-Qorti illi r-rekwizizzjoni ma kinitx mehtiega jew xierqa fl-interess pubbliku biex jipprovdi akkomodazzjonighan-nies fejn jghammru illi s-sid jista' jottjeni dikjarazzjoni gjudizzarja illi d-Direttur kien agixxa oltre l-poteri tieghu".

Issa hu minnu illi ordni ta' rekwizizzjoni ggib bhala konsegwenza taghha restrizzjoni tal-libera disponibilita` tal-proprjeta` privata. Dan hu hekk il-kaz ghaliex "ir-rekwizizzjoni ta' fond ghandha bhala effett li tispossessa lis-sid rekwizizzjonat b' mod li minn mindu ssir u sakemm tibqa' ssehh ir-rekwizizzjoni, il-pussess tal-fond u d-disponibilita` tieghuma huwiex aktar f' idejh, izda f' idejn l-amministrazzjoni li rrekwizizzjonat il-fond, u allura s-sid, pro tempore, ma ghandux l-ezercizzju jew l-amministrazzjoni libera tal-jeddijiet dwar l-okkupazzjoni tal-fond ...".

Eppure l-Att de quo jaghti certament poter l-aktar ampju lill-awtorita` rekwizizzjonanti li taghmel jew li tippermetti li jsir kull uzu mill-fond, purche, s' intendi, dejjem,skond kif jinhass xieraq fl-interess pubbliku;

Fl-apprezzament tal-fatti u l-ezami tal-pubbliku interess ma jistax ikun hemm regoli u kriterji fissi u kull kaz ghandu ghalhekk jigi ezaminat uskrutinat fuq il-meriti u l-entita` tieghu;

L-allokazzjoni ta' fond biex wiehed ikabbar il-kumditajiet tieghu ma jfissirx illi b' daqshekk il-konvenut ma ottemperax ruhu mar-rekwiziti tal-ligijew mar oltre l-iskop ta' l-istess ligi. Anzi hu fl-interess pubbliku li fil-parametri tal-ligi jkun hemm tqassim ekwu tad-djar b' mod li tigi assikurata sistemazzjoni aktar komda u ta' kwalita`. Dan certament igib arrikkiment tal-hajja socjali u ghandu allura jigi lodat fejn l-ezercizzju tad-diskrezzjoni vestita mil-ligi fid-Direttur ghall-Akkomodazzjoni Socjali ikun, bhal f' dan il-kaz, gie konsegwit konformement mal-ligi u minghajr abbuz. Kif drabi ohra ritenut "il-kliem 'interess pubbliku' in kwantu necessarjament jikkomprendu kull aspett tal-hajja socjali tal-pajjiz, huma ta' portata mill-aktar estensiva".

Il-kumpens pagabbli lis-sid ghandu jigi kalkulat skond l-uzu li ghalihil-Gvern iddestina l-fond wara r-rekwizizzjoni; u l-uniku mod legali li bih ghandu jigi stabbilit dan il-kumpens hu mill-Bord tal-Kera skond il-kriterju relattiv ghad-djar ta' abitazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info