Referenza: 1210/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BONELLO COLE MARTIN vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN GHAL XOGHOLIJIET IMWETTQA MINN KUNTRATTURI PRIVATI - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN LI JASSIGURA LI L-UZU TAT-TRIQ U L-FLOW OF TRAFFIC JIGU ZVOLTI MINGHAJR PERIKOLI JEW INSIDJI - DANNI, VALUR TA` VETTURA LI TIGI KONSIDERATA BHALA TOTAL LOSS - KJAMATA FIL-KAWZA, PROCEDIMENTI KONTRA L-GVERN
Fil-Qosor
Kien jinkombi b' dover fuq l-awtorita` pubblika, u dan ighodd ukoll ghall-enti pubblika, responsabbli minn certi xoghlijiet, illi tassikura li l-uzu tat-triq u l-flow of traffic jigu zvolti minghajr perikoli jew insidji. Dan bl-operat ta' dawk il-mizuri prekawzjonali li jharsu l-inkolumita` ta' l-utenti jew tal-pedestrians li jkun qed jaghmlu uzu mit-triq. Hekk per ezempju billi tipprovdi guardrails, barriers u senjalazzjonijiet ohra adegwati. L-istess awtorita` jew enti pubblika ghandha wkoll id-dover li thares, b' indukrar sufficcjenti, illi fl-ezekuzzjoni ta' xoghlijiet stradali kuntratturi inkarigati jkunu qeghdin huma wkoll jiehdu l-mizuri protettivi ghall-ahjar harsien tat-terzi.Jekk l-awtorita` jew enti pubblika tonqos f' dan tista', u ghandha, issib ruhha rinfaccjata minn domanda ghar-rizarciment tad-danni.

Ir-responsabilita` ta' l-amministrazzjoni pubblika hi materja f' evoluzzjoni, tista' tghid, kontinwa. Tali zvilupp wassal biex jigi ritenut illi l-amministrazzjoni pubblika hi wkoll, bhal kull individwu jew korp, tenuta li tosserva l-principju "neminem laedere". Tali principju hu issa estiz kemm fil-kaz ta' ezekuzzjoni jew manutenzjoni ta' xoghlijiet pubblici kif ukoll in rapport ta' vigilanza jew ta' kontroll in generali ta' l-attivita` pubblika. F' din il-gurisprudenza gie affermat illi l-awtorita` jew enti pubblika tista' twiegeb ghall-htija akwiljana.

L-iskuzanti tat-terz injot ma ssibx adezjoni fil-gurisprudenza taghna. Kieku stess jitqies pruvat li kien hemm in-negligenza tat-terz injot u li kkonkorriet man-negligenza ta' l-istess konvenut biex jigi kawzat l-incident, il-konkluzjoni ma kellhiex tkun illi, fil-konfront ta' l-atturi,il-konvenut jitqies responsabbli f' parti biss. F' kaz bhal dan l-atturi ghandhom dritt isegwu d-danni kollha minghand il-konvenut salv talvolta lil dan, id-dritt li jindennizza ruhu, jekk jista' minghand it-terz ghall-parti tieghu ghall-htija. Fl-assenza tal-kawza tat- terz mhux maghruf hu car fil-fehma tal-Qorti illi mhux possibbli li tigi stabbilita` b' mod vinkolanti jew sigur, il-parti tar-responsabilita` tieghu jekk kien hemm. Id-difiza tat-terz injot mhix sostenibbli ghaliex il-kawza hija bejn il-kontendenti u l-ebda parti mit-tort ma tista' tigi addebitata lil xi hadd li ma hux fil-kawza.

L-Artikolu 460 tal-Kap. 12 jehtieg in-notifika ta` ittra ufficjali jew protest qabel l-istituzzjoni ta' proceduri kontra l-Gvern ma japplikax fil-kaz ta' kjamata in kawza.

F' kaz li vettura tigi konsidrata bhala "total loss", allura l-attur hu intitolat jigbor minghand id-danneggjant id-differenza bejn il-valur ta' l-istess vettura qabel l-incident u l-valur taghha wara l-incident ghax dawk huma d-danni li huwa sofra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni