Referenza: 637/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BALZAN VICTOR NOE vs SAMMUT KEVIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEJN, DEBITUR JISTA` BISS JINHELES BIL-KUNSENS TAL-KREDITUR - LOKAZZJONI, GESTJONI TA` NEGOZJU MA TAMMONTAX GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, INKWILIN MA JISTAX JINVOKA INADEMPJENZA TAS-SID BIEX MA JHALLASX IL-KERA U FL-ISTESS HIN IZOMM IL-KIRJA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JGHADDI L-KIRJA LIL SOCJETA` TIEGHU STESS - LOKAZZJONI, META SOCJETA` JEW ASSOCAZZJONI BEJN L-INKWILIN U TERZ TAMMONTA GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, RINUNZJA GHALL-KIRJA DA PARTI TA` L-INKWILIN
Fil-Qosor
Il-fatt li inkwilini joholqu kumpanija biex imexxu n-negozju taghhom tramite l-istess, ma jfissirx li l-lokazzjoni tal-fond awtomatikament ghaddiet fuq il-kumpanija.

Ma hemmx sullokazzjoni metainkwilin jghaddi l-lokazzjoni ta' fond lill-kumpanija tieghu stess "sakemm jibqa' stabbilit l-interess personali ta' l-intimat fin-negozju u fil-hanut fejn dan hu gestit u jirrizulta wkoll element ta' kontroll fuq il-gestjoni."

Ir-rinunzja ghall-kirja tista' ssir bl-aktar mod semplici "bastal-intenzjoni u x-xewqa tal-inkwlini tohrog cara u inekwivokabilment."

Persuna li tiehu oggett li, skond hi, ma jkunx ta' kwalita' tajba jew fornit bl-accessjorji kollha, ma tistax izomm l-oggett, taghmel uzu minnu, u tilmenta minnu biss meta s-sid jitlob il-hlas. Dan hu principju enuncjat f'kaz ta' bejgh u appalt u ghandu japplika b'mod generali.

Persuna li mhix sodisfatta bis-servizz moghti jew bl-oggett mixtri jew mahluq, ma tistax tibqa' zzomm u taghmel uzu mill-oggett u ma tilmentax qabel ma dak li jkun ipprovda l-oggett jew is-servizz ifittex ghall-hlas lilu dovut. Il-ligitipproteggi d-drittijiet tal-konsumatur, izda dak li jkun, malli jinduna b'xi difett jew nuqqas, ghandu jftittex ghar-rimedji li taghtih il-ligi.

Id-debitur ma jistax jehles mir-responsabbilitajiet tieghu billi jitfa' d-dejn fuq iehor; biex dan isehh irid jirrizulta mhux biss li l-kreditur kien infurmat b'dan, imma li accetta dik l-assenjazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni