Referenza: 29/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/08/2003
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CAMILLERI JOSEPH D., MAGRI ALBERT J., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
BUGEJA JOHN vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - DOVER TAL-GUDIKANT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - ELEMENTI TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - KOMPORTAMENT TAL-PARTIJIET - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - RIMEDJU ADEGWAT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZMIEN RAGJONEVOLI - SISTEMA GUDIZZJARJU MALTI
Fil-Qosor
Meta jinstab li kawza damet pendenti ghal zmien twil u damet irragonevolment biex inqaghtet, ikun gudizzju simplicistiku wisq li tintefa' l-htija ghad-dewmien fuq l-imhallef partikolari li jkun sema'l-istess kawza li damet. Ikun gudizzju x' aktarx immensament ingust li takkuza jew li tinsinwa li dak l-imhallef partikolari ikun tghazzen, tnikker jew generalment ma kienx diligenti f' xogholu. Dan ghaliex, fil-verita`, l-abilita` ta' dak l-imhallef li jiddisponi mill-kawzi fi zmien ragonevoli ma tiddependix biss fuq il-kwalitajiet intrinsici u personali tieghu, izda, fil-parti l-kbira tiddependi fuq l-effikacja o meno ta' l-ambjent li jahdem fih. Fost il-fatturi li jikkondizzjonaw dan l-ambjent, insibu n-numru kbir ta' kawzi "qodma" (backlog) li "jitghabba" bih appena jilhaq imhallef, in-numru sinjifikanti ta' kawzi godda li jigu assenjati lilu regolarment, u dawk li jista' "jiret" meta jirtira xi gudikant, il-kwalita` u l-kumplessita` ta' l-istess kawzi, jekk l-imhallef jinghatax persuni debitament kwalifikati biex jassistuh, jekk jinghatax r-rizorsi necessarji biex jaghmel ir-ricerka tieghu, biex izomm ruhu aggornat fl-istudji tieghu, u biex isib il-hin necessarju ghad-deliberazzjoni u l-kitba tas-sentenzi.

Id-dritt fundamentali ta' l-individwu li jkollu l-kawza tieghu mismugha u finalizzata eghluq iz-zmien ragonevoli, jimponi tassattivament fuq l-istat, li jrid josserva s-Saltna tad-Dritt, l-obbligu li jkollu fis-sehh sistema efficjenti t' amministrazzjoni tal-gustizzja. Il-gudikatura tifforma t-tielet kolonna li fuqha hu mibni l-istat. Fis-sistema taghna, huma z-zewg kolonni l-ohra ta' l-istat, cjoe` l-ezekuttiv u l-legislattiv, li ghandhom obbligu li jipprovdur-rizorsi, l-istrutturi u l-ghodod l-ohra kollha necessarji biex il-Qrati jkunu f' pozizzjoni li jwettqu l-gustizzja fi zmien ragonevoli.

Biex wiehed jasal ghal decizjoni jekk kawza inqaghtetxfi zmien ragonevoli jew le, wiehed irid iqis il-fattispecji u c-cirkostanzi partikolari tal-kaz, fosthom il-komplessita` tal-kaz u l-imgieba tar-rikorrent u l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll l-importanza tal-mertu tal-proceduri ghar-rikorrent.

Il-legislatur ikkonferixxa poteri mill-aktar wiesgha fuq il-Qrati ta' kompetenza kostituzzjonali ezattament biex huma jkunu jistghu jassiguraw it-twettiq tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u biex ikunu f' pozizzjoni li jilqghu u jaghmlu tajjeb adegwatament ghal kull ksur ta' l-istess Drittijiet u Libertajiet. Poteri dawn,li sahansitra jinkludu s-setgha li l-Qorti tannulla sentenza ta' Qorti ta' Gudikatura Kriminali metatkun tezisti raguni kostituzzjonali daqstant gravi u impellenti biex dan ikun jista' ragonevolmentisir. Izda, aktar ma tkun wiesa' s-setgha u d-diskrezzjoni konferita, aktar tkun mehtiega prudenza ughaqal fl-uzu w ezercizzju ta' l-istess setgha u diskrezzjoni.

Hawnhekk il-Qorti Kostituzzjonali filwaqt li kkonfermat is-sentenza appellata in kwantu ghas-sejbien ta' vjolazzjoni tad-drittijiet fondamentali tar-rikorrent appellat minhabba d-dewmien ezagerat tal-proceduri kriminali fil-konfront tieghu, varjat is-sentenza appellata ghal dak li kien jirrigwarda r-rimedju moghti. Il-Qorti Kostituzzjonali qieset il-helsien mill-piena karcerarja akkordat mill-ewwel Qorti kien liberali wisq uminflok akkordat lir-rikorrent appellat kumpens finanzjarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni