Reference: 5/2002/1

Judgement Details


Date
15/05/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SPITERI MELCHIOR vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SMIGH XIERAQ
Summary
F'din il-kawza, ir-rikorrent, meta ghad kellu hmistax-il sena, tressaq quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta), fil-kompetenza taghha kriminali, akkuzat b'diversi reati, u wara tul ta' snin, inghatatsentenza li minnha kien hemm appell; dan l-appell ghadu pendenti quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali. Irrizulta wkoll li, fil-kors ta' dawn il-proceduri, kien hemm htiega ta' opinjoni esperta, u tqabbdu ghal dan il-ghan membri tal-Korp tal-Pulizija li ressqu r-rapporti taghhom ghal konsiderazzjoni ta' dik il-Qorti. Ir-rikorrent qieghed jilmenta minn zewg affarijiet illi skont hu jaghtulok ghal ksur tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja u ghal ksur tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjonita' Malta.Dawn iz-zewg affarijiet huma:

(a) Il-fatt illi fil-kawza kriminali kontra tieghu kien hemm periti tal-Qorti illi kienu wkoll impjegati mal-Korp tal-Pulizija;
(b) Il-fatt ta' dewmien esagerat fis-smigh tal-kawza kriminali.

Din il-Qorti issib li ma jirrizultax li kien hemm ksur tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem bil-fatt li l-Qorti tal-Magistrati (Malta), fil-kompetenza taghha kriminali, kienet innominat bhala esperti persuni li kienu wkoll impjegati mal-Korp tal-Pulizija, u lanqas ma ssib li kien hemm dewmien esagerat fl-iter tal-process kriminali.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddispondi mir-rikors, billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti, bl-ispejjez kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info