Reference: 1551/1998/1

Judgement Details


Date
15/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ROAD SERVICING LIMITED vs GENERAL ROAD SERVICES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KONKORRENZA SLEALI, IMITAZZJONI PERFETTA MHIX RIKJESTA - KONKORRENZA SLEALI, KONFONDIBILITA` BEJN ZEWG ATTIVITAJIET KUMMERCJALI - KONKORRENZA SLEALI, KONFONDIBILITA` BEJN ZEWG PRODOTTI - KONKORRENZA SLEALI, KUNCETT TA` KONKORRENZA - KONKORRENZA SLEALI, POSSIBBLI BISS FL-ISTESS GENERU TA` SERVIZZI JEW MERCI - KONKORRENZA SLEALI, REGISTRAZZJONI TA` ISEM JEW MARKJU - KONKORRENZA SLEALI, UZU TA` KLIEM KOMUNI - KONKORRENZA SLEALI, XERREJ KOMUNI
Summary
Fil-kuntest tal-konkorrenza sleali, il-konfuzzjoni u l-konfondibilita' li l-ligi trid tevita jridu jorroginaw u jkunu relatati mar-rejazzjoni tal-'average man in the street' ta' intelligenza ordinarja, li jara, jifhem u kapaci jiddistingwi bejn kelma u ohra, bejn disinn u iehor, bejn hoss u iehor. Il-Qorti trid tkun konvinta illi kif inhuma l-fatti, l-ismijiet uzati mill-konvenut setghu jingannawl-ghajnejn u l-widnejn tal-konsumatur u b'hekk igibu konfuzzjoni fil-konsumazzjoni.

Normalment tali konkorrenza slejali tista' tezisti biss fl-ispacc tal-istess generu ta' merci jew servizzi, ghaliex altrimenti huwa difficli sabiex wiehed jikkonsidra l-ezistenza ta' tahwid b'mod oggettiv, anke jekk l-ismijiet per se jistghu johoqu konfuzzjoni, u dan ghaliex li fit-tieni ipotesi huwa difficli sabiex tara kif jista' wiehed jaffetwa lill-iehor.

Hu implicitu li dan it-tahwid irid ikuntali li jippregudika n-negozju tal-parti l-ohra li maghha tkun in konkorrenza u minn dan jitnissel il-htiega li n-negozju gestit miz-zewg konkorrenti jkun simili fin-natura tieghu, u fil-generi li jiffurmaw l-oggett tan-negozju.

Illi fil-fatt jista' jinghad li l-iskop tad-divjet kontenut fl-artikolu 32 tal-Kap 13 huwa dak li jigi evitat li jinholoq ambjent bejn il-varji negozji u l-oggettital-kummercjanti li jtendu biex jikkrejaw kreditu kummercjali mibni fuq pretensjonijiet foloz, u dan huwa applikabbli kemm ghall-oggetti tal-istess natura, kif ukoll tip ta' attivita' kummercjali kondotta mill-kontendenti.

Dan il-principju japplika wkoll fil-kaz ta' rassomiljanza fl-isem ta' zewg socjetajiet kummercjali lokali, u anke jekk dawn ma humiex it-tnejn registrati Malta u dan ghaliex il-konkorrenza necessarjament tfisser kompetizzjoni bejn tnejn fl-istess sfera ta' attivita'fl-istess kuntest ta' zmien u spazju u ghalhekk fin-nuqqas ta' dan l-allegazzjoni ta' konkorrenza slejali ma jkollha ebda fondament sod jekk tali generi ta' attivita' jkunu ghal kollox differenti minnxulxin.

Dan huwa importanti anke meta wiehed imur biex jezamina l-kliem uzat stante li huwaovvju li ghalkemm l-uzu ta' kliem komuni fil-vokabolarju in generali ma jistghux jitqiesu il-monopolju ta' hadd, pero' wiehed irid jaghti kaz ukoll li certu kliem bl-uzu taghhom ma prodott jew attivita' partikolari, ikunu assumew indikazzjoni mhux biss tal-kwalita' tal-merkanzija izda wkoll ta' l-origini taghha bhala spaccata minn determinat kummercjant, u hija maghrufa bhala tali fil-kummerc lokali, ma jistax negozjant iehor juzaha fl-istess generu tal-kummerc.

Gie wkoll stabbilit li biex tinholoq din il-kunfuzzjoni m'hemmx bzonn li l-imitazzjoni tkun perfetta, imma huwa bizzejjed illimill-kumpless taghha tista' tinganna lix-xerrej, fis-sens li jhallat merkanzija ta' wiehed mal-merkanzija ta' l-iehor.

L-azzjoni bazata fuq konkorrenza sleali tezisti indipendentement minn kull registrazzjoni relattiva, u l-oggezzjoni ghar-registrazzjoni. Ghalhekk il-fatt li l-isem tas-socjeta` konvenuta kien gie registrat ai termini tal-Att dwar il-Kumpanniji gie meqjus bhala kompletamentirrilevanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info